Language of document : ECLI:EU:T:2007:267





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Settembru 2007 – Prym u Prym Consumer vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-30/05)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-prodotti tal-ħjata (labar) – Tqassim tas-swieq tal-prodotti – Tqassim tas-suq ġeografiku – Multa – Linji gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Gravità u tul tal-ksur – Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni”

1.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Limitu - Applikazzjoni għal kull multa meħuda waħedha fil-każ ta’ vjolazzjonijiet distinti (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 63-64)

2.                     Dritt Komunitarju - Prinċipji - Protezzjoni ta’ l-aspettattivi leġittimi - Kundizzjonijiet (Regoli tal-Proċedura tal-Kummissjoni, Artikolu 1) (ara l-punt 67)

3.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur - Obbligu ta’ delimitazzjoni tas-suq ikkonċernat - Portata (Artikolu 81 KE) (ara l-punti 86-88)

4.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kapaċità effettiva li jiġi kkawżat dannu fis-suq milqut (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2)) (ara l-punt 90)

5.                     Atti ta’ l-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata (Artikolu 253 KE) (ara l-punt 92)

6.                     Kompetizzjoni - Akkordji - Ftehim bejn l-impriżi - Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Kriterji - Effett insinjifikanti fuq is-suq - Ftehim mhux ipprojbit (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 102-103, 140)

7.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 5(b)) (ara l-punti 108, 110, 191)

8.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Tul tal-ksur (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2)) (ara l-punti 127-128, 133)

9.                     Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Ksur imwettaq minn kumpannija sussidjarja kkontrollata 100 % - Imputazzjoni permezz ta’ preżunzjoni lill-kumpannija parent (Artikolu 81 KE) (ara l-punt 146)

10.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Kummissjoni permezz ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003 (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23) (ara l-punti 153-156)

11.                     Dritt Komunitarju - Prinċipji - Non-retroattività tad-dispożizzjonijiet kriminali - Kamp ta’ applikazzjoni - Multi imposti minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni - Inklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 164-168)

12.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità u tul tal-ksur (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 17, 15(2) u 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, is-sitt paragrafu tal-punt 1 A) (ara l-punti 180-182, 238, 240-241)

13.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3) (ara l-punti 204-205, 207-208, 211)

14.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Marġni ta’ diskrezzjoni rriżervata lill-Kummissjoni - Limiti - Rispett tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 223-224, 226)

15.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-impriża kkonċernata (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2)) (ara l-punt 230)

16.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Attitudni ta’ l-impriża matul il-proċedura amministrattiva (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04, Titolu D, punt 2) (ara l-punti 251-252)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4221 finali, tas-26 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skond l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F-1/38.338 – PO/Nadeln), safejn tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

L-ammont tal-multa imposta fuq William Prym GmbH & Co. KG u fuq Prym Consumer GmbH & Co. KG mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4221 finali, tas-26 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skond l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F-1/38.338 – PO/Nadeln), hija ffissata fl-ammont ta’ EUR 27 miljun.

2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)

William Prym u Prym Consumer għandhom ibatu 90 % ta’ l-ispejjeż tagħhom u 90 % ta’ l-ispejjez sostnuti mill-Kummissjoni, filwaqt li din ta’ l-aħħar għandha tbati 10 % ta’ l-ispejjeż tagħha u 10 % ta’ dawk sostnuti minn William Prym u Prym Consumer.