Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fis-16 ta' Lulju 2008 - 1. Makro Zelfbedieningsgroothandel CV, 2. Metro Cash & Carry BV u 3. Remo Zaandam BV vs Diesel SpA

(Kawża C-324/08)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: 1. Makro Zelfbedieningsgroothandel CV, 2. Metro Cash & Carry BV u 3. Remo Zaandam BV

Konvenuta: Diesel SpA

Domandi preliminari

Meta prodotti koperti minn trade mark ġew preċedentement imqiegħda fis-suq fiż-ŻEE minn persuna differenti mill-proprjetarju tat-trade mark u mingħajr il-kunsens espliċitu tiegħu, għandu jsir riferiment, sabiex jiġi evalwat jekk kienx hemm kunsens (impliċitu) tal-proprjetarju tat-trade mark, fis-sens tal-Artikolu 7(1) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks1, għall-istess kriterji li ġew iddefiniti għall-każ fejn dawn il-prodotti ġew preċedentement imqiegħda fis-suq mill-proprjetarju tat-trade mark jew bil-kunsens tiegħu barra miż-ŻEE?

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv: liema kriterji - possibbilment meħuda (b'mod partikolari) mis-sentenza tat-22 ta' Ġunju 1994, IHT Internationale Heiztechnik u Uwe Danziger (C-9/93, Ġabra p. I-2789) - għandhom jiġu applikati fl-ewwel każ sabiex jiġi evalwat jekk jeżistix kunsens (impliċitu) tal-proprjetarju tat-trade mark fis-sens tal-Ewwel Direttiva dwar it-trade marks?

____________

1 - ĠU 1989, L 40, p. 1