Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta' Ottubru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden - il-Pajjiżi l-Baxxi) - Makro Zelfbedieningsgroothandel C.V., Metro Cash & Carry B.V., Remo Zaandam B.V. vs Diesel S.P.A.

(Kawża C-324/08)1

(Direttiva 89/104/KEE - Dritt tat-trade marks - Eżawriment tad-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark - Tqegħid fis-suq ta' prodotti fiż-Żona Ekonomika Ewropea minn terzi - Kunsens impliċitu - Kundizzjonijiet)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Makro Zelfbedieningsgroothandel C.V., Metro Cash & Carry B.V., Remo Zaandam B.V.

Konvenuti: Diesel S.P.A.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Hoge Raad der Nederlanden Den Haag - Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1) - Eżawriment tad-dritt mogħti mit-trade mark - Prodott imqiegħed fis-suq fil-Komunità jew fiż-ŻEE mill-proprjetarju tat-trade mark jew bil-kunsens tiegħu - Kunsens impliċitu - Kundizzjonijiet

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta' Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, kif emendata bil-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta' Mejju 1992, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunsens ta' proprjetarju ta' trade mark għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti b'din it-trade mark li ssir direttament fiż-Żona Ekonomika Ewropea minn terzi persuni li ma għandhom l-ebda rabta ekonomika ma' dan il-proprjetarju jista' jkun impliċitu, sakemm tali kunsens jirriżulta minn elementi u fatti preċedenti, simultanji jew sussegwenti għat-tqegħid fis-suq f'din iż-żona, li, evalwati mill-qorti nazzjonali, ifissru b'mod ċert rinunzja tal-imsemmi proprjetarju għad-dritt esklużiv tiegħu.

____________

1 - ĠU C 272, 25.10.2008