Language of document : ECLI:EU:T:2010:429





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 – Il-Kummissjoni vs Gal-Or

(Kawża T-136/09)

“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt għal għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku fil-qasam tal-enerġija mhux nukleari – Nuqqas ta’ osservanza tal-kuntratt – Rimbors ta’ somom imħallsa bil-quddiem – Interessi moratorji – Proċedura fil-kontumaċja”

1.                     Proċedura - Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ - Ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja ddefinita esklużivament mill-Artikolu 238 KE u l-klawżola ta’ arbitraġġ - Kreditu tal-Kummissjoni li ma joriġinax direttament mir-relazzjonijiet kuntrattwali, iżda mill-eżekuzzjoni ta’ sentenzi mogħtija minn qorti nazzjonali - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali (Artikoli 238 KE u 240 KE) (ara l-punti 32-35)

2.                     Proċedura - Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt li jipprovdi għajnuna finanzjarja Komunitarja għat-twettiq ta’ proġett fil-qasam tal-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi li jinsiltu mill-kuntratt - Dritt tal-Kummissjoni għar-rimbors tas-somom imħallsa bil-quddiem, flimkien mal-interessi moratorji (Artikolu 238 KE; Deċiżjoni tal-Kunsill 94/806) (ara l-punti 45, 46, 62, 63, 68, 69)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ intiż sabiex B. Gal-Or jiġi kkundannat jirrimborsa s-somma ta’ EUR 205 611, li l-Kummissjoni ħallsitlu fil-kuntest tal-kuntratt IN/0042/97, flimkien mal-interessi moratorji, kif ukoll l-interessi moratorji fuq is-somma ta’ EUR 9 231.25, li tirrappreżenta l-ispejjeż ta’ proċedura mibdija minn B. Gal-Or kontra l-Kummissjoni quddiem il-qrati Olandiżi.

Dispożittiv

1)

Benjamin Gal-Or huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma prinċipali dovuta ta’ EUR 205 611, flimkien mal-interessi bir-rata ta’:


– 2.75 % mit-2 ta’ Marzu 2003;


– 2.50 % mis-7 ta’ Marzu 2003;


– 2.00 % mis-6 ta’ Ġunju 2003;


– 2.25 % mis-6 ta’ Diċembru 2005;


– 2.50 % mit-8 ta’ Marzu 2006;


– 2.75 % mill-15 ta’ Ġunju 2006;


– 3.00 % mid-9 ta’ Awwissu 2006;


– 3.25 % mill-11 ta’ Ottubru 2006;


– 3.50 % mit-13 ta’ Diċembru 2006;


– 3.75 % mill-14 ta’ Marzu 2007;


– 4.00 % mit-13 ta’ Ġunju 2007;


– 4.25 % md- 9 ta’ Lulju 2008;


– 3.75 % mill-15 ta’ Ottubru 2008;


– 3.25 % mit-12 ta’ Novembru 2008;


– 2.50 % mill-10 ta’ Diċembru 2008;


– 2.00 % mill-21 ta’ Jannar 2009;


– 1.50 % mill-11 ta’ Marzu 2009;


– 1.25 % mit-8 ta’ April 2009;


– 1.00 % mit-13 ta’ Mejju 2009.


2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.


3)

B. Gal-Or huwa kkundannat għall-ispejjeż.