Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' April 2009 - Epcos vs UASI - Epco Sistemas (EPCOS)

(Kawża T-132/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Epcos AG (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. von Zumbusch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Epco Sistemas, SL (Constanti, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni R 1088/2008-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tad-19 ta' Jannar 2009,;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni Nru B 979 767 tat-22 ta' Mejju 2008 sa fejn l-oppożizzjoni ntlaqgħet fir-rigward ta' "NTC-Thermistoren", "PTC-Thermistoren" u "Sensoren" u tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha;

il-konvenut u l-opponent għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "EPCOS" għal prodotti fil-klassijiet 6 u 9 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 133 799)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Epco Sistemas, SL

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Spankola "E epco SISTEMAS" għal prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 u tar-Regola 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 1, billi t-trade mark invokata fl-oppożizzjoni ma ġietx użata f'dawn l-aħħar ħames snin qabel il-publikazzjoni tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni u billi teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU L 303, p. 1)