Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Marzu 2009 - I Marchi Italiani u B Antonio Basile 1952 vs UASI - Osra (B Antonio Basile 1952)

(Kawża T-133/09)

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: I Marchi Italiani Srl (Napoli, l-Italja), B Antonio Basile 1952 (Giugliano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Militerni, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Osra SA (Rovereta, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tad-9 ta' Jannar 2009, li ġiet innotifikata lir-rikorrenti fit-30 ta' Jannar 2009, fil-proċediment R 502/2008, I Marchi Italiani vs Osra S.A, li kkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, li laqgħet ir-revoka u d-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark "B Antonio Basile 1952", wara r-rikors ippreżentat minn Osra S.A.

tiddikjara r-reġistrazzjoni tat-trade mark "B Antonio Basile 1952" bħala valida u effikaċi mid-data tal-applikazzjoni u/jew tar-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : Trade mark figurattiva li għandha d-diċitura "B Antonio Basile 1952" [trade mark Komunitarja Nru 5 274 121 (Reġistrazzjoni tad-Diviżjoni li tirriżulta mid-Diviżjoni tar-Reġistrazzjoni Nru 1 462 555 wara li din ġiet parzjalment assenjata)], għall-prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja : Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja : Osra S.A.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità : Trade mark figurattiva "BASILE" (Reġistrazzjoni Taljana Nru 738 901 u Reġistrazzjoni internazzjonali Nru R 413 396 B) għall-prodotti fil-klassi 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni : Talba għal annullament u għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja milqugħa fl-intier tagħha.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell : Appell miċħud.

Motivi invokati : Applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 52(1)(a) u 53(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p.1), [li saru Artikoli 53(1)(a) u 54(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p.1)], kif ukoll nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni.

____________