Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Ottubru 2010 - Il-Kummissjoni vs Gal-Or

(Kawża T-136/09)1

"Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratt għal għajnuna finanzjarja konkluż fil-kuntest ta' programm speċifiku ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku fil-qasam tal-enerġija mhux nukleari - Nuqqas ta' osservanza tal-kuntratt - Rimbors ta' somom imħallsa bil-quddiem - Proċedura fil-kontumaċja")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-M. Rouchaud-Joët u F. Mirza, aġenti, assistiti inizjalment minn de B. Katan u M. van der Woude, avukati, sussegwentement minn de B. Katan)

Konvenut: Benjamin Gal-Or (Jupiter, Florida, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq klawżola ta' arbitraġġ intiż sabiex B. Gal-Or jiġi kkundannat iħallas lura s-somma ta' EUR 205 611, li l-Kummissjoni ħallsitlu fil-kuntest tal-kuntratt IN/0042/97, flimkien mal-interessi moratorji, kif ukoll l-interessi moratorji fuq is-somma ta' EUR 9 231,25, li tirrapreżenta l-ispejjeż ta' proċedura mibdija minn B. Gal-Or kontra l-Kummissjoni quddiem il-qrati Olandiżi.

Dispożittiv

1)    Benjamin Gal-Or huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma prinċipali dovuta ta' EUR 205 611, flimkien mal-interessi bir-rata ta':

- 2.75 % mit-2 ta' Marzu 2003;

- 2.50 % mis-7 ta' Marzu 2003;

- 2.00 % mis-6 ta' Ġunju 2003;

- 2.25 % mis-6 ta' Diċembru 2005;

- 2.50 % mit-8 ta' Marzu 2006;

- 2.75 % mill-15 ta' Ġunju 2006;

- 3.00 % mid-9 ta' Awwissu 2006;

- 3.25 % mill-11 ta' Ottubru 2006;

- 3.50 % mit-13 ta' Diċembru 2006;

- 3.75 % mill-14 ta' Marzu 2007;

- 4.00 % mit-13 ta' Ġunju 2007;

- 4.25 % md- 9 ta' Lulju 2008;

- 3.75 % mill-15 ta' Ottubru 2008;

- 3.25 % mit-12 ta' Novembru 2008;

- 2.50 % mill-10 ta' Diċembru 2008;

- 2.00 % mill-21 ta' Jannar 2009;

- 1.50 % mill-11 ta' Marzu 2009;

- 1.25 % mit-8 ta' April 2009;

- 1.00 % mit-13 ta' Mejju 2009.

2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) B. Gal-Or huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 141, 20.6.2009.