Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2013 – Preparados Alimenticios vs UASI– Rila Feinkost-Importe (Jambo Afrika)

(Kawża T-377/10) 1

[“Trade mark komunitarja – Proċedura ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Jambo Afrika – Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti JUMBO, JUMBO CUBE, JUMBO MARINADE, JUMBO NOKKOS, JUMBO ROF, JUMBO CHORBA MOUTON-MUTTON, JUMBO Aroma All purpose seasoning Condiment – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti JUMBO – Trade mark verbali preċedenti mhux irreġistrata JUMBO – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Preparados Alimenticios, SA (L’Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: D. Pellisé Urquiza, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rila Feinkost-Importe GmbH & Co. KG (Stemwede-Levern, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Weeg, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1144/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Preparados Alimenticios, SA u Rila Feinkost-Importe GmbH & Co. KG.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Preparados Alimenticios, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.