Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão (il-Portugall) fis16 ta’ Frar 2024 – CD Tondela – Futebol, SAD et vs Autoridade da Concorrência

(Kawża C133/24, CD Tondela et)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Concorrência, Regulação e Supervisão

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CD Tondela – Futebol, SAD; Clube Desportivo Feirense – Futebol, SAD; Liga Portuguesa de Futebol Profissional (LPFP); Académico de Viseu Futebol Clube, Futebol SAD; Os Belenenses – Sociedade Desportiva de Futebol, SAD; Boavista Futebol Clube, Futebol SAD; Sporting Clube de Braga, Futebol, SAD; Sporting Clube da Covilhã – Futebol, SDUQ, Lda; Estoril Praia – Futebol, SAD; Gil Vicente Futebol Clube – Futebol, SDUQ, Lda; Leixões Sport Clube, Futebol, SAD; Clube Desportivo de Mafra – Futebol, SDUQ, Lda; União Desportiva Oliveirense – Futebol, SAD; Futebol Clube de Paços de Ferreira, SDUQ, Lda; Futebol Clube de Penafiel, SA; Portimonense Futebol, SAD; Rio Ave Futebol Clube – Futebol SDUQ, Lda; Santa Clara Açores – Futebol, SAD; Varzim Sporting Club – Futebol, SDUQ, Lda.; União Desportiva Vilafranquense, Futebol SAD; Futebol Clube de Famalicão – Futebol SAD; Moreirense Futebol Clube – Futebol, SAD; Marítimo da Madeira, Futebol, SAD; Vitória Sport Clube – Futebol, SAD; Futebol Clube do Porto, Futebol, SAD; Sporting Clube de Portugal – Futebol, SAD; Sport Lisboa e Benfica, Futebol, SAD; Associação Académica de Coimbra – Organismo Autónomo de Futebol, SDUQ, Lda.

Parti oħra fil-proċedura: Autoridade da Concorrência

Domandi preliminari

Ftehim konkluż b’mod telematiku fuq il-pjattaformi Zoom jew Microsoft Teams fis7 ta’ April 2020 bejn il-klabbs sportivi tal-futbol professjonali kollha tal-Ewwel Diviżjoni u li sussegwentement, permezz tal-istess proċedura, l-għada, il-parti l-kbira tal-klabbs sportivi tal-futbol professjonali tat-Tieni Diviżjoni ta’ Stat Membru aderixxew għalih, dejjem bil-kompliċità tal-assoċjazzjoni li, f’dan l-Istat Membru, ikollha l-għan li tiggarantixxi u li tirregola l-attivitajiet tal-futbol professjonali, li permezz tiegħu huma ftehmu li ma jirreklutawx bejniethom plejers tal-futbol professjonali ta’ dawn id-diviżjonijiet li jkunu xoljew unilateralment il-kuntratt ta’ xogħol tagħhom, billi jinvokaw kwistjonijiet li jirriżultaw b’konsegwenza tal-pandemija tal-COVID19 jew ta’ kwalunkwe deċiżjoni eċċezzjonali li tirriżulta minnha, b’mod partikolari, dik tal-estensjoni tal-istaġun sportiv, fiċ-ċirkustanzi deskritti f’din it-talba għal deċiżjoni preliminari, jikkostitwixxi regola ta’ natura sportiva fis-sens tal-ġurisprudenza MecaMedina (Kawża C519/04 P, MecaMedina [u Majcen vs IlKummissjoni, EU:C:2006:492])?

Għall-finijiet tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi tad19 ta’ Frar 2002, Wouters et (C309/99, EU:C:2002:98, punt 97), u tat18 ta’ Lulju 2006, MecaMedina u Majcen vs IlKummissjoni (C519/04 P, EU:C:2006:492, punt 42), regola, li tirriżulta minn ftehim konkluż b’mod telematiku fuq il-pjattaformi Zoom jew Microsoft Teams, fis7 ta’ April 2020, bejn il-klabbs sportivi tal-futbol professjonali kollha tal-Ewwel Diviżjoni u li sussegwentement, permezz tal-istess proċedura, l-għada, il-parti l-kbira tal-klabbs sportivi tal-futbol professjonali tat-Tieni Diviżjoni ta’ Stat Membru aderixxew għalih, dejjem bil-kompliċità tal-assoċjazzjoni li, f’dan l-Istat Membru, ikollha l-għan li tiggarantixxi u li tirregola l-attivitajiet tal-futbol professjonali, li permezz tiegħu huma ftehmu li ma jirreklutawx bejniethom plejers tal-futbol professjonali ta’ dawn id-diviżjonijiet li jkunu xoljew unilateralment il-kuntratt ta’ xogħol tagħhom, billi jinvokaw kwistjonijiet li jirriżultaw b’konsegwenza tal-pandemija tal-COVID19 jew ta’ kwalunkwe deċiżjoni eċċezzjonali li tirriżulta minnha, b’mod partikolari, dik tal-estensjoni tal-istaġun sportiv, bil-karatteristiċi, l-għanijiet u fiċ-ċirkustanzi identifikati f’din it-talba għal deċiżjoni preliminari, tista’ titqies li hija proporzjonata u adatta u, għaldaqstant, fid-dawl tal-Artikolu 165 TFUE, kompatibbli mal-Artikolu 101(1) TFUE?

L-Artikolu 101(1) TFUE jipprekludi interpretazzjoni fis-sens li ftehim bil-karatteristiċi, l-għanijiet u fiċ-ċirkustanzi deskritti f’din it-talba għal deċiżjoni preliminari, konkluż, b’mod telematiku fuq il-pjattaformi Zoom jew Microsoft Teams, fis7 ta’ April 2020, bejn il-klabbs sportivi tal-futbol professjonali kollha tal-Ewwel Diviżjoni u li sussegwentement, permezz tal-istess proċedura, l-għada, il-parti l-kbira tal-klabbs sportivi tal-futbol professjonali tat-Tieni Diviżjoni ta’ Stat Membru aderixxew għalih, dejjem bil-kompliċità tal-assoċjazzjoni li, f’dan l-Istat Membru, ikollha l-għan li tiggarantixxi u li tirregola l-attivitajiet tal-futbol professjonali, li permezz tiegħu huma ftehmu li ma jirreklutawx bejniethom plejers tal-futbol professjonali ta’ dawn id-diviżjonijiet li jkunu xoljew unilateralment il-kuntratt ta’ xogħol tagħhom, billi jinvokaw kwistjonijiet li jirriżultaw b’konsegwenza tal-pandemija tal-COVID19 jew ta’ kwalunkwe deċiżjoni eċċezzjonali li tirriżulta minnha, b’mod partikolari, dik tal-estensjoni tal-istaġun sportiv, jista’ jiġi kklassifikat bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan, minħabba li dan jippreżenta grad suffiċjenti ta’ dannu għall-kompetizzjoni?

____________