Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Frar 2011 - Yorma's vs UASI - Norma Lebensmittelfilialbetrieb (YORMA'S)

(Kawża T-213/09) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali 'yorma's' - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NORMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Yorma's AG (Deggendorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Weiß, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Norma Lebensmittelfilialbetrieb GmbH & Co. KG (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. von Welser, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta' Frar 2009 (Każ R 1879/2007-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Norma Lebensmittelfilialbetrieb GmbH & Co. KG u Yorma's AG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Yorma's AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 180, 01.08.2009.