Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Ġunju 2008 - De Fays vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave minħabba mard - Assenza irregolari - Proċedura ta' arbitraġġ)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Chantal De Fays (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P.-P. Van Gehuchten u P. Reyniers, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitjaiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li japplikaw fir-rigward tar-rikorrenti l-Artikolu 60 tar-Regolament tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, u, min-naħa l-oħra, talba għal danni.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
____________1 - ĠU C 283, 24.11.2007, p. 45.