Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Forest Pharma vs EUIPO – Ipsen Pharma (COLINEB)

(Kawża T-36/17) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali COLINEB – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Colina – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Portata tal-eżami li għandu jitwettaq mill-Bord tal-Appell – Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Forest Pharma BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: T. Holman, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: P. Sipos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ipsen Pharma SAS (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentant: E. Baud, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 500/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ipsen Pharma u Forest Pharma

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Forest Pharma BV hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Ipsen Pharma SAS hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 70, 6.3.2017.