Language of document : ECLI:EU:T:2017:690


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) ta* 5 ta' Ottubru 2017 – Forest Pharma/EUIPO – Ipsen Pharma (COLINEB)

(Kawża T-36/17)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali COLINEB – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Colina – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Portata tal-eżami li għandu jitwettaq mill-Bord tal-Appell – Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-punti ta’ dritt u ta’ fatt mhux ippreżentati preċedentement quddiem l-istanzi tal-Uffiċċju – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

(ara l-punt 18)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Neċessità li tiġi rregolata din il-kwistjoni, meta titqajjem mill-applikant, qabel id-deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni – Konsegwenza

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2))

(ara l-punti 20, 22, 23)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Assenza ta’ preżentazzjoni ta’ motiv ibbażat fuq l-insuffiċjenza tal-prova ta’ użu ġenwin

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2))

(ara l-punt 21)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Eżami limitat għall-motivi invokati – Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatti magħrufa

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1))

(ara l-punti 29, 30)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 47)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali COLINEB u trade mark figurattiva Colina

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 50, 66, 74, 96, 100-102)

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 51, 55, 60)

8.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Legalità – Eżami mill-qorti tal-Unjoni – Kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009)

(ara l-punt 62)

9.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 75, 76, 81)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 500/2016‑5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ipsen Pharma u Forest Pharma.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Forest Pharma BV hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

3)

Ipsen Pharma SAS hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.