Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2018 – Weber-Stephen Products vs EUIPO (iGrill)

(Kawża T-35/17) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali iGrill – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Weber Stephen Products LLC (Palatine, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel u A. Jauch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Novembru 2016 (Każ R 538/2016-2), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali iGrill.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Weber-Stephen Products LLC huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 70, 6.3.2017