Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-31/17) 1

[“FAEG – Infiq eskluż mill-finanzjament – Miżuri speċifiċi favur ir-reġjuni l-iktar ’il bogħod – Artikolu 12(c) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 – Assistenza teknika – Azzjonijiet ta’ spezzjoni – Garanziji proċedurali – Aspettattivi leġittimi”]

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, J. Saraiva de Almeida u A. Tavares de Almeida, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Rechena u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2018 tal-15 ta’ Novembru 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 312, p. 26), sa fejn din tneħħi mill-imsemmi finanzjament fil-konfront tar-Repubblika Portugiża s-somom ta’ EUR 460 202,73 u ta’ EUR 200 000 (partita 6701).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 104, 3.4.2017.