Language of document :

Rikors imressaq fil- 21 ta' Diċembru 2007 - Wella vs L-UASI (TAME IT)

(Kawża T-471/07)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wella (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Klingberg, K. Sandberg, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

L-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-24 ta' Ottubru 2007 fil-kawża R 713/2007-2;

tordna li l-konvenut ibati l-ispejjeż tal-kawża inklużi dawk ta' l-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali internazzjonali "TAME IT" għal prodotti fil-klassi 3 (Nru ta' reġistrazzjoni internazzjonali 879 186) - talba għal estensjoni ta' protezzjoni territorjali tal-KE skond il-Protokol ta' Madrid

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Iċ-ċaħda assoluta għall-prodotti kollha li għalihom saret l-applikazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Appell milqugħ parzjalment u estensjoni ta' protezzjoni territorjali tal-KE għan-Nru ta' reġistrazzjoni internazzjonali 879 186 mogħtija parzjalment

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94.

Skond ir-rikorrenti, il-Bord ta' l-Appell ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq analiżi filoloġika purament teorika tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fir-rigward ta' regoli ta' grammatika, ta' kompożizzjoni u ta' ortografija kif ukoll l-istruttura u s-sintassi tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, mingħajr ma tat każ l-impressjoni sħiħa mogħtija mit-trade mark fir-rigward tal-konsumatur medju.

____________