Language of document :

Appell imressaq fil-21 ta' Diċembru 2007 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kontra s-sentenza mogħtija fl-10 ta' Ottubru 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-107/06, Berrisford vs Il-Kummssjoni

(Kawża T-473/07 P)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti)

Il-parti l-oħra fil-kawża: Michael Berrisford (Brussell, Il-Belġju)

Talbiet tal-parti rikorrenti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-10 ta' Ottubru 2007 fil-Kawża F-107/06 safejn din, wara l-eżami ta' l-ewwel parti tat-tieni motiv, ibbażata fuq in-nuqqas ta' kull kunsiderazzjoni tal-karatteristika tar-rikorrent fl-ewwel istanza bħala "ex riżerva A4", tikkonstata li l-AIPN kienet ivvizzjat l-eżami komparattiv tal-meriti tar-rikorrent fl-ewwel istanza bi żball ta' dritt u, b'konsegwenza, f'dan il-każ, bi żball manifest ta' evalwazzjoni;

terġa' tibgħat il-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tirriżerva l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan l-appell, il-Kummissjoni titlob l-annullament parzjali tas-sentenza ta' l-10 ta' Ottubru 2007 mogħtija fil-Kawża F-107/06, Berrisford vs Il-Kummissjoni, permezz ta' liema t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) annulla d-deċiżjoni tagħha sabiex isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta' l-uffiċjali promossi skond il-proċedura ta' promozzjoni għas-sena 2005 u ċaħad ir-rikors fir-rigward tal-bqija tat-talbiet tar-rikorrent.

In sostenn ta' l-appell tagħha, il-Kummissjoni qabel kollox tinvoka żewġ aggravji bbażati fuq żbalji fid-dritt li t-TSP kien wettaq fil-kuntest tas-sentenza appellata.

L-ewwel nett, il-Kummissjoni ssostni li t-TSP kiser l-Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal safejn dawn stabbilixxew obbligu fuq l-AIPN li tieħu in kunsiderazzjoni, permezz ta' l-għoti ta' punti supplementari matul l-eżami tal-meriti tar-rikorrent, il-fatt li dan ġie propost darbtejn mid-Direttorat Ġenerali tiegħu fil-kuntest tal-proċedura msejħa t-"tieni filliera".

It-tieni żball ta' dritt fis-sentenza appellata li tilmenta dwaru l-Kummissjoni jikkonsisti fil-ksur ta' l-Artikolu 13(1) u (3)(b) tad-DGE-45 peress li t-TSP ma għarafx li s-sitwazzjoni tar-rikorrent fl-2003 u 2004 kienet ġiet meħuda in kunsiderazzjoni b'mod impliċitu matul l-assenjazzjoni tal-punti mill-AIPN bħala element tal-meritu sakemm ir-rikorrent kien jokkupa dan il-grad.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinvoka argument ibbażat fuq il-motivazzjoni allegatament kuntradittorja tas-sentenza appellata.

____________