Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2007 - Enercon vs L-UASI - Hasbro (ENERCON)

(Kawża T-472/07)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Böhm, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Hasbro Inc. (Pawtucket, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

L-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-25 ta' Ottubru 2007, fil-Każ R 959/2006-4 safejn din ċaħdet l-appell ta' Enercon GmbH mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni, tas-26 ta' Mejju 2006 dwar l-oppożizzjoni Nru B 763 666;

l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ibati l-ispejjeż tiegħu u dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark Komunitarja verbali "ENERCON" għal prodotti fil-klassijiet 16, 18, 24, 25, 28 u 32 - Applikazzjoni Nru 3 326 031

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' oppożizzjoni: Hasbro Inc.

Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark Komunitarja verbali "TRANSFORMERS ENERGON" għal prodotti fil-klassijiet 16, 18, 24, 25, 28, 30 u 32 - Applikazzjoni Nru 3 152 121 kif ukoll it-trade marks preċedenti mhux irreġistrati "TRANSFORMERS ENERGON" u "ENERGON"

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Laqgħat l-oppożizzjoni kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħad l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________