Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' April 2009 - Il-Kummissjoni vs Berrisford

(Kawża T-473/07 P)1

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2005 - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Eżami komparattiv tal-merti - Obbligu li tittieħed inkunsiderazzjoni l-kwalità ta' 'riżerva' tal-uffiċjal ikkonċernat")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u K. Herrmann, aġenti)

Appellat: Michael Berrisford (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avocat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-10 ta' Ottubru 2007, Berrisford vs Il-Kummissjoni (F-107/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta' Michael Berrisford fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 64, 08.03.2008