Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Settembru 2009 - Wella vs UASI (TAME IT)

(Kawża T-471/07)1

("Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali − Talba għal estensjoni territorjali tal-protezzjoni − Trade mark verbali TAME IT - Raġuni assoluta għal rifjut − Nuqqas ta' karattru distintiv − Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wella AG (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Klingberg, u K. Sandberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta' Ottubru 2007 (Każ R 713/2007-2) fir-rigward ta' estensjoni territorjali, fil-Komunità Ewropea, tal-protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali TAME IT.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Wella AG hija kkundannata għall-ispejjeż

____________

1 - ĠU C 51, 23.02.2008