Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Frar 2010 - Enercon vs UASI - Hasbro (ENERCON)

(Kawża T-472/07) 1

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ENERCON - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti TRANSFORMERS ENERGON - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009])

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Böhm u V. Henke, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hasbro, Inc. (Pawtucket, Rhode Island, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta' Ottubru 2007 (Każ R 959/2006-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Hasbro, Inc. u Enercon GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 79, 29.3.2008.