Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta' Marzu 2008 - Toronjo Benitez vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-33/07)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Ex-membri tal-persunal temporanju mħallsa mill-fondi allokati għar-riċerka - Tħassir tal-punti akkumulati - Trasferiment ta' uffiċjal mill-parti "Riċerka" għall-parti "Amministrazzjoni" tal-baġit ġenerali - Illegalità ta' l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Ġunju 2004 dwar il-proċedura ta' promozzjoni ta' uffiċjali mħallsa mill-fondi "Riċerka" tal-baġit ġenerali)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Alberto Toronjo Benitez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tħassar l-44,5 punti akkumulati mir-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju u, min-naħa l-oħra d-dikjarazzjoni ta' l-illegalità ta' l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-proċedura ta' promozzjoni ta' uffiċjali mħallsa mill-fondi "Riċerka" tal-baġit ġenerali.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.
____________