Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑167/10)
“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Talbiet għal kwotazzjoni — Rifjut ta’ aċċess — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Bidu tad-dekorrenza — Ammissibbiltà — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-politika ekonomika tal-Unjoni Ewropea — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku rigward is-sigurtà pubblika — Obbligu ta’ motivazzjoni”
1. Rikors għal annullament — Termini — Natura ta’ ordni pubbliku — Eżami ex officio mill-qorti tal-Unjoni (is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(2)) (ara l-punt 37)
2. Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Data tal-avveniment li minnu jibda jiddekorri t-terminu — Ittra mibgħuta — Oneru tal-prova (is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(2)) (ara l-punti 38, 39, 48, 49)
3. Unjoni Ewropea — Istituzzjonijiet — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Deċiżjoni li tirrifjuta l-aċċess pubbliku għal dokumenti — Komunikazzjoni b’ittra — Ammissibbiltà (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 6(1) (ara l-punti 42, 52)
4. Unjoni Ewropea — Istituzzjonijiet — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Interpretazzjoni u applikazzjoni restrettivi — Obbligu tal-istituzzjoni li twettaq eżami konkret u individwali tad-dokumenti — Portata (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, il-premessi 4 u 11 tal-Artikolu 1 u 4) (ara l-punti 62, 63, 65, 79)
5. Unjoni Ewropea — Istituzzjonijiet — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4) (ara l-punt 64)
6. Unjoni Ewropea — Istituzzjonijiet — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Obbligu li jintwera l-utilità tad-dokument lil min japplika — Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(6)) (ara l-punt 78)
Suġġett
| Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Jannar 2010 li tirrifjuta l-aċċess għat-talbiet għal kwotazzjoni rigward il-lott 3 A tas-sejħa għal offerti DIGIT/PO/2005/113 — ESP-DESIS (ĠU 2005/S 252-248566) u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2010 li tirrifjuta l-aċċess għat-talbiet ta’ kwotazzjoni għall-lottijiet l-oħra kollha tas-sejħa għal offerti ċċitata iktar ’il fuq, għal-lottijiet kollha tas-sejħiet għal offerti DI/0005 ESP (ĠU 2001/S 53-036539) u ADMIN/DI/2/PO/2003/192 ESP-DIMA (ĠU 2003/S 249-221337) u għall-kuntratt-qafas BUDG/0101. |
Dispożittiv
1) | | Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Jannar 2010 li tirrifjuta l-aċċess għat-talbiet għal kwotazzjoni rigward il-lott 3 A tas-sejħa għal offerti DIGIT/PO/2005/113 — ESP-DESIS hija annullata. |
2) | | Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2010 li tirrifjuta l-aċċess għat-talbiet għal kwotazzjoni rigward il-lottijiet l-oħra kollha tas-sejħa għal offerti ċċitata iktar ’il fuq, għal-lottijiet kollha tas-sejħiet għal offerti DI/0005 ESP u ADMIN/DI/2/PO/2003/192 ESP-DIMA u għall-kuntratt-qafas BUDG/0101 hija annullata. |
3) | | Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE. |