Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2013 – MHCS vs UASI - Ambra (DORATO)

(Kawża T-249/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MHCS (Epernay, Franza) (rappreżentanti: P. Boutron, N. Moya Fernández u L-E. Balleydier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ambra S.A. (Varsavja, il-Polonja)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara ammissibbli dan l-appell u d-dokumenti mehmuża;

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-UASI u l-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi r-rappreżentazzjoni ta’ tikketta għall-għonq ta’ flixkun u l-element verbali “DORATOˮ għal prodotti fil-kassi 33 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 131 228

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi r-rappreżentazzjoni ta’ tikketta għall-għonq ta’ flixkun għal prodotti fil-klassi 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.