Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – MHCS vs UASI – Ambra (DORATO)

(Kawża T-249/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni − Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DORATO – Trade marks figurattivi Komunitarji u nazzjonali preċedenti li jirrapreżenta tikketti għall-għonq ta’ flixkun – Raġuni relattiva għal rifjut − Probabbiltà ta’ konfużjoni − Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 − Regola 50(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MHCS (Épernay, Franza) (rappreżentanti: P. Boutron, N. Moya Fernández u L. É. Balleydier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock, N. Bambara u A. Folliard-Monguiral, aġenti)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ambra S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kaczan-Parchimowicz, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Frar 2013 (Każ R 1877/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MHCS u Ambra S.A.DispożittivIr-rikors huwa miċħudMHCS hija kkundatnnata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli ta’ Ambra S.A. għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).