Language of document : ECLI:EU:T:2014:193





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ April 2014 –

MHCS vs UASI – Ambra (DORATO)

(Kawża T‑249/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni − Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DORATO – Trade marks figurattivi Komunitarji u nazzjonali preċedenti li jirrapreżentaw tikketti għall-għonq ta’ flixkun – Raġuni relattiva għal rifjut − Probabbiltà ta’ konfużjoni − Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 − Regola 50(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95”

1.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 18)

2.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju – Eżami mill-Bord tal-Appell – Portata – Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu impost għal dan il-għan – Teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Regola 50(1)) (ara l-punti 21-26)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 39, 40, 44, 83)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva DORATO u t-trade mark figurattivi li jirrapreżentaw tikketti għall-għonq ta’ flixkun (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 41, 42, 57, 58, 66-68, 86)

5.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Legalità – Eżami mill-qorti tal-Unjoni – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 55)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta' evalwazzjoni – Trade Mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 59)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Frar 2013 (Każ R 1877/2011‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MHCS u Ambra S.A.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

MHCS hija kkundatnnata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli ta’ Ambra S.A. għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).