Language of document : ECLI:EU:T:2015:160





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Marzu 2015 –

Naazneen Investments vs UASI – Energy Brands (SMART WATER)

(Kawża T‑250/13)

“Trade mark – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja verbali SMART WATER – Użu ġenwin – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punti 14-17)

2.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark – Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 51(1)(a)) (ara l-punti 25-28)

3.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark – Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Determinazzjoni tal-livell kwantitattiv ta’ użu minimu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 51(1)(a)) (ara l-punt 49)

4.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta' użu ġenwin mit-trade mark – Kunċett ta’ “raġunijiet validi” għan-nuqqas ta’ użu – Interpretazzjoni awtonoma u uniformi – Ostakoli li jippreżentaw relazzjoni diretta mat-trade mark li tagħmel l-użu tagħha impossibbli jew mhux raġonevoli u indipendenti mill-volontà tal-poprjetarju tat-trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1)(a), u 51(1)(a)) (ara l-punti 63, 66, 71-73)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Frar 2013 (Każ R 1101/2011‑2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Energy Brands, Inc. u Naazneen Investments Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Naazneen Investments Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.