Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2024 – Cellphenomics vs EUIPO (CellCompDx)

(Kawża T-512/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CellCompDx – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Cellphenomics GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Adori, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Ringelhann, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Mejju 2023 (Każ R 2571/2022-2).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C , C/2023/36, 9.10.2023.