Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia provincial de Tarragona, Sección cuarta (Spanja) fl-14 ta’ April 2016 – Ministerio Fiscal

(Kawża C-207/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia provincial de Tarragona, Sección cuarta

Partijiet fil-kawża prinċipali

Ministerio Fiscal

Domandi preliminari

Il-gravità suffiċjenti tar-reati inkwantu kriterju li jiġġustifika l-ksur tad-drittijiet fundamentali rrikonoxxuti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta 1 tista’ tiġi identifikata unikament billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-piena li tista’ tiġi imposta fuq ir-reat li jkun qed jiġi investigat jew huwa neċessarju, minbarra dan, li jiġu identifikati fl-aġir li jikkostitwixxi reat livelli partikolari ta’ dannu għal interessi legali individwali jew kollettivi?

Skont il-każ, jekk kienx konformi mal-prinċipji fundamentali tal-Unjoni applikati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-8 ta’ April 2014 [Kawżi magħquda C-293/12, Digital Rights Ireland u C-594/12, Seitlinger et] inkwantu regoli ta’ stħarriġ strett tad-direttiva 2 , l-istabbiliment tal-gravità tar-reat unikament skont il-piena li tista’ tiġi imposta, x’għandu jkun dan il-livell minimu? Ikun kompatibbli ma dispożizzjoni ġenerali ta’ limitu ta’ tliet snin priġunerija?

____________

1 ĠU 2012 C 326, p. 391.

2 Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54).