Rikors ippreżentat fit-22 ta' Diċembru 2011 - IPK International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-671/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: IPK International - World Tourism Marketing Consultants GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Pitschas avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2011 (ENTR/R1/HHO/lsa - entr.r.1[2011]1183091) sa fejn tagħti lir-rikorrenti biss interessi fl-ammont ta' EUR 158 618.27;
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret l-Artikolu 266 TFUE sa fejn ikkalkolat b'mod żbaljat il-kumpens u l-interessi moratorji dovuti għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' April 2011 fil-Kawża T-297/05, IPK International vs Il-Kummissjoni.
____________