Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – TV2/Danmark vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-674/11) 1

(Għajnuna mill-Istat – Servizz pubbliku tax-xandir – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Għajnuna implementata mill-aworitajiet Daniżi favur ix-xandar Daniż ta’ servizz pubbliku TV2/Danmark – Finanzjament pubbliku mogħti sabiex jiġu kkumpensati l-ispejjeż inerenti għall-implementazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku – Kunċett ta’ għajnuna – Sentenza Altmark”)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: TV2/Danmark A/S (Odense, id-Danimarka) (rappreżentant: O. Koktvedgaard, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, C. Støvlbæk u U. Nielsen, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Vang u V. Pasternak Jørgensen, aġenti, sussegwentement V. Pasternak Jørgensen, assisstita minn K. Lundgaard Hansen, avukat, u finalment C. Thorning, aġent, assistit minn K. Lundgaard Hansen u R. Holdgaard, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Viasat Broadcasting UK Ltd (West Drayton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Kalsmose-Hjelmborg u M. Honoré, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/839/UE, tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C 2/03) għal TV2/Danmark (ĠU L 340, p. 1). DispożittivId-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/839/UE, tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C 2/03) għal TV2/Danmark hija annullata sa fejn il-Kummissjoni qieset li d-dħul mir-reklamar għall-1995 u l-1996 imħallas lil TV2 permezz tal-Fond TV2 kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.TV2/Danmark A/S għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.Il-Kummissjoni għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha. Ir-Renju tad-Danimarka u Visat Broadcasting UK Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 ĠU C 80, 17.3.2012.