Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation - Franza) – Préfet des Pyrénées-Orientales vs Abdelaziz Arib, Procureur de la République près le tribunal de grande instance de Montpellier, Procureur général près la cour d’appel de Montpellier

(Kawża C-444/17) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Regolament (UE) 2016/399 – Artikolu 32 – Introduzzjoni mill-ġdid, b’mod temporanja, minn Stat Membru tal-kontrolli fil-fruntieri interni tiegħu – Dħul irregolari ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz – Ekwiparazzjoni tal-fruntieri interni mal-fruntieri esterni – Direttiva 2008/115/KE – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 2(2)(a))

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-Rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Préfet des Pyrénées-Orientales

Konvenuti: Abdelaziz Arib, Procureur de la République près le tribunal de grande instance de Montpellier, Procureur général près la cour d'appel de Montpellier

Dispożittiv

L-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqri flimkien mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għas-sitwazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, arrestat fil-viċinanza immedjata ta’ fruntiera interna u li jissoġġorna b’mod irregolari fit-territorju ta’ Stat Membru, anki meta dan l-Istat Membru jkun introduċa mill-ġdid, abbażi tal-Artikolu 25 ta’ dan ir-regolament, il-kontrolli f’din il-fruntiera, minħabba theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna tal-imsemmi Stat Membru.

____________

1     ĠU C 330, 2.10.2017.