Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Jannar 2008 - Scippacercola u Terezakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-306/05)1

(Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominati - Allegazzjoni ta' ħlasijiet eċċesssivi imposti mill-operatur ta' l-ajruport internazzjonali ta' Ateni - Ċaħda ta' l-ilment - Nuqqas ta' interess Komunitarju)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Isabella Scippacercola (Brussell, il-Belġju) u Ioannis Terezakis (Brussell) (rappreżentanti: A. Krystallidis u G. Stylianakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Hellström, A. Nijenhuis u F. Amato, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Talba għal annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2005 adottata skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU 2004 L 123, p. 18), li tiċħad l-ilment Nru KOMP/D3/38469 dwar l-ġbir ta' ċertu ħlas mill-operatur ta' l-Ajruport Internazzjoni ta' Ateni fi Spata u mill-Olympic Fuel Company.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħu d.

2)    Isabella Scippacercola u Ioannis Terezakis huma kkundannati jbatu l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 271, 29.10.2005.