Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Jannar 2012 - Tilda Riceland Private vs UASI - Siam Grains (BASMALI)

(Kawża T-304/09) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BASmALI - Trade mark preċedenti mhux irreġistrata u sinjal preċedenti BASMATI - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, [li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tilda Riceland Private Ltd (Gurgaon, l-Indja) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, N. Urwin u D. Sills, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Siam Grains Co. Ltd (Bangkok, it-Tajlandja) (rappreżentant: C. Thomas-Raquin, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta' Marzu 2009 (Każ R 513/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Tilda Riceland Private Ltd u Siam Grains Co. Ltd.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta' Marzu 2009 (Każ R 513/2008-1) hija annullata.

2)    L-UASI, minbarra l-ispejjeż tiegħu, huwa kkundannat għal żewġ terzi tal-ispejjeż ta' Tilda Riceland Private Ltd.

3)    Siam Grains Co. Ltd, minbarra l-ispejjeż tagħha, hija kkundannata għal terz tal-ispejjeż ta' Tilda Riceland Private Ltd.

____________

1 - ĠU C 244, 10.10.2009.