Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) - il-Portugall) – Vodafone Portugal – Comunicações Pessoais, SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-43/19) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 2(1)(ċ) – Kamp ta’ applikazzjoni – Tranżazzjonijiet taxxabbli – Provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas – Kumpens imħallas fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza, mill-klijenti, tal-perijodu minimu ta’ impenn kuntrattwali – Klassifikazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vodafone Portugal – Comunicações Pessoais, SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ammonti riċevuti minn operatur ekonomiku fil-każ ta’ xoljiment antiċipat, għal raġunijiet proprji tal-klijent, ta’ kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi li jipprevedi l-osservanza ta’ perijodu ta’ fedeltà bħala korrispettiv tal-għoti ta’ kundizzjonijiet kummerċjali vantaġġużi lil dan il-klijent, għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu r-remunerazzjoni ta’ provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

____________

1     ĠU C 139, 15.4.2019.