Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Iaşi (ir-Rumanija) fl-14 ta’ Novembru 2023 – JU vs Spitalul Clinic de Pneumoftiziologie Iaşi
(Kawża C-678/23, Spitalul Clinic de Pneumoftiziologie Iaşi)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Iaşi
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: JU
Konvenut: Spitalul Clinic de Pneumoftiziologie Iaşi
Domandi preliminari
L-Artikolu 9 u l-Artikolu 11(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol 1 jipprekludu leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali obbligatorji li bis-saħħa tagħhom il-ħaddiema ma għandhomx id-dritt li jappellaw direttament quddiem l-awtorità responsabbli għall-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol jekk iqisu li l-miżuri meħuda u l-mezzi użati mill-persuna li timpjega ma jkunux biżżejjed sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, u lanqas ma jistgħu jadixxu qorti jekk iqisu li l-persuna li timpjega ma ssodisfatx l-obbligi tagħha fir-rigward tal-klassifikazzjoni bħala postijiet tax-xogħol [li jesponu lill-ħaddiema] għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolari, la għall-perijodu ta’ żmien diġà maħdum, u lanqas għall-perijodu ta’ żmien futur tar-relazzjoni ta’ xogħol?
L-Artikolu 11(6) tad-Direttiva 89/391 għandu effett dirett vertikali u, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 31(1) u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jagħti lok għad-dritt tal-ħaddiema għall-protezzjoni ġudizzjarja fil-każ ta’ nuqqas min-naħa tad-detenturi legali tat-twettiq ta’ obbligi stabbiliti bil-liġi?
____________
1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349, rettifika fil-ĠU 2023, L 77, p. 20.