Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2023 – Funline International vs EUIPO – MS Trade (AMSTERDAM POPPERS)
(Kawża T-1187/23)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Funline International Corp. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Hejdová, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MS Trade s. r. o. (Praga, Ir-Repubblika Ċeka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali AMSTERDAM POPPERS – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 8 633 984
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 2265/2022-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; jew
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba għal revoka;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-Artikolu 19(1) tal-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (il-Ftehim TRIPS).
____________