Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2016 – Pharm-a-care Laboratories vs UASI – Pharmavite (VITAMELTS)

(Kawża T-713/15) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pharm-a-care Laboratories Pty. Ltd (Sydney, l-Awstralja) (rappreżentant: I. A. De Freitas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Pharmavite LLC (California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Settembru 2015 (Każ R 2649/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Pharmavite LLC u Pharma-a-care Laboratories Pty. Ltd.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Pharm-a-care Laboratories Pty. Ltd hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk esposti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (UASI).

____________

1     ĠU C 38, 1.2.2016.