Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Marzu 2011 - Rivella International vs UASI - Baskaya di Baskaya & C. (BASKAYA)

(Kawża T-170/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rivella International AG (Rothrist, l-Isvizzera) (rappreżentanti: C. Spintig, U. Sander u H. Förster, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Baskaya di Baskaya & C. s.a.s. (Grosseto, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta' Jannar 2011, fil-Każ R 534/2010-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Baskaya di Baskaya & C. s.a.s.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali "BASKAYA", għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark figurattiva internazzjonali rreġistrata, li tinkludi l-element verbali "Passaia", għal prodotti fil-klassi 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 peress li l-Bord tal-Appell ma applikax l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni bejn l-Isvizzera u l-Ġermanja tat-13 ta' April 1892 dwar il-protezzjoni reċiproka tal-privattiva, tad-disinn u tat-trade mark, u għalhekk, ma ħax inkunsiderazzjoni l-prova tal-użu prodotta mir-rikorrenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).