Rikors ippreżentat fil-31 ta' Marzu 2011 - Bro Grébé vs Il-Kunsill
(Kawża T-194/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Geneviève Bro Grébé (Abidjan, il-Côte d'Ivoire) (rappreżentant: J. C. Tchikaya, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob sabiex il-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK tal-14 ta' Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011 tal-14 ta' Jannar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-118/11, Attey vs Il-Kunsill.
____________