Language of document : ECLI:EU:T:2018:602

SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla Estiża)

25 ta’ Settembru 2018 (*)(i)

“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Parlament Ewropew – Spejjeż tal-Membri tal-Parlament u l-allowances tagħhom – Rifjut ta’ aċċess – Dokumenti ineżistenti – Data personali – Regolament (KE) Nru 45/2001 – Neċessità ta’ trasferiment tad-data – Eżami konkret u individwali – Aċċess parzjali – Piż amministrattiv eċċessiv – Obbligu ta’ motivazzjoni”

Fil-Kawżi T-639/15 sa T-666/15 u T-94/16,

Maria Psara, residenti f’Ateni (il-Greċja), irrappreżentata minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrenti fil-Kawża T-639/15,

Tina Kristan, residenti f’Ljubljana (is-Slovenja), irrappreżentata minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrenti fil-Kawża T-640/15,

Tanja Malle, residenti fi Vjenna (l-Awstrija), irrappreżentata minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrenti fil-Kawża T-641/15,

Wojciech Cieśla, residenti f’Varsavja (il-Polonja), irrappreżentat minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrent fil-Kawża T-642/15,

Staffan Dahllof, irrappreżentat minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrent fil-Kawża T-643/15,

Delphine Reuter, irrappreżentata minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrenti fil-Kawża T-644/15,

České centrum pro investigativní žurnalistiku o.p.s., stabbilit fi Praga (ir-Repubblika Ċeka), irrappreżentat minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrent fil-Kawżi T-645/15 u T-654/15,

Harry Karanikas, residenti f’Chalándri (il-Greċja), irrappreżentat minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrent fil-Kawża T-646/15,

Crina Boros, irrappreżentata minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrent fil-Kawżi T-647/15 u T-657/15,

Baltijas pētnieciskās žurnālistikas centrs Re:Baltica, stabbilita f’Riga (il-Latvja), irrappreżentata minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrent fil-Kawżi T-648/15, T-663/15 u T-665/15,

Balazs Toth, residenti f’Budapest (l-Ungerija), irrappreżentat minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrent fil-Kawża T-649/15,

Minna Knus-Galán, residenti f’Ħelsinki (il-Finlandja), irrappreżentata minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrenti fil-Kawża T-650/15,

Atanas Tchobanov, residenti fi Plessis-Robinson (Franza), irrappreżentat minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrent fil-Kawża T-651/15,

Dirk Liedtke, residenti f’Ħamburg (il-Ġermanja), irrappreżentat minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrent fil-Kawża T-652/15,

Nils Mulvad, residenti f’Risskov (id-Danimarka), irrappreżentat minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrent fil-Kawża T-653/15,

Hugo van der Parre, residenti fi Huizen (il-Pajjiżi l-Baxxi), irrappreżentat minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrent fil-Kawża T-655/15,

Guia Baggi, residenti f’Firenze (l-Italja), irrappreżentata minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrenti fil-Kawża T-656/15,

Marcos García Rey, irrappreżentat minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrent fil-Kawża T-658/15,

Mark Lee Hunter, irrappreżentat minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrent fil-Kawża T-659/15,

Kristof Clerix, residenti fi Brussell, irrappreżentat minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrent fil-Kawża T-660/15,

Rui Araujo, residenti f’Lisbona (il-Portugall), irrappreżentat minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrent fil-Kawża T-661/15,

Anuška Delić, residenti f’Ljubljana, irrappreżentata minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrenti fil-Kawża T-662/15,

Jacob Borg, residenti f’San Ġiljan (Malta), irrappreżentat minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrent fil-Kawża T-664/15,

Matilda Bačelić, residenti f’Żagreb (il-Kroazja), irrappreżentata minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrenti fil-Kawża T-666/15,

Gavin Sheridan, irrappreżentat minn N. Pirc Musar u R. Lemut Strle, avukati,

rikorrent fil-Kawża T-94/16,

vs

Il-Parlament Ewropew, irrappreżentat minn N. Görlitz, C. Burgos u M. Windisch, bħala aġenti,

konvenut,

li għandhom bħala suġġett talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew A(2015) 8324 C, A(2015) 8463 C, A(2015) 8627 C, A(2015) 8682 C, A(2015) 8594 C, A(2015) 8551 C, A(2015) 8732 C, A(2015) 8681 C, A(2015) 8334 C, A(2015) 8327 C, A(2015) 8344 C, tal-14 ta’ Settembru 2015, A(2015) 8656 C, A(2015) 8678 C, A(2015) 8361 C, A(2015) 8663 C, A(2015) 8360 C, A(2015) 8486 C, A(2015) 8305 C, tal-15 ta’ Settembru 2015, A(2015) 8602 C, A(2015) 8554 C, A(2015) 8490 C, A(2015) 8659 C, A(2015) 8547 C, A(2015) 8552 C, A(2015) 8553 C, A(2015) 8661 C, A(2015) 8684 C, A(2015) 8672 C, tas-16 ta’ Settembru 2015, u A(2015) 13844 C, tal-14 ta’ Jannar 2016, li bihom il-Parlament ċaħad, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3 p. 331), it-talbiet konfermattivi tar-rikorrenti intiżi li jinkiseb l-aċċess għal dokumenti tal-Parlament li jkun fihom informazzjoni dwar l-allowances tal-Membri tiegħu,

IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla Estiża),

komposta minn M. D. Gratsias, President, I. Labucka (Relatur), A. Dittrich, I. Ulloa Rubio u P. G. Xuereb, Imħallfin,

Reġistratur: S. Spyropoulos, Amministratur,

wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tad-19 ta’ Ottubru 2017,

tagħti l-preżenti

Sentenza

1        Il-preżenti rikorsi għandhom bħala suġġett talbiet għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew A(2015) 8324 C, A(2015) 8463 C, A(2015) 8627 C, A(2015) 8682 C, A(2015) 8594 C, A(2015) 8551 C, A(2015) 8732 C, A(2015) 8681 C, A(2015) 8334 C, A(2015) 8327 C, A(2015) 8344 C, tal-14 ta’ Settembru 2015, A(2015) 8656 C, A(2015) 8678 C, A(2015) 8361 C, A(2015) 8663 C, A(2015) 8360 C, A(2015) 8486 C, A(2015) 8305 C, tal-15 ta’ Settembru 2015, A(2015) 8602 C, A(2015) 8554 C, A(2015) 8490 C, A(2015) 8659 C, A(2015) 8547 C, A(2015) 8552 C, A(2015) 8553 C, A(2015) 8661 C, A(2015) 8684 C, A(2015) 8672 C, tas-16 ta’ Settembru 2015, u A(2015) 13844 C, tal-14 ta’ Jannar 2016, li bihom il-Parlament ċaħad, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3 p. 331), it-talbiet konfermattivi mressqa mir-rikorrenti, Maria Psara, Tina Kristan, Tanja Malle, Wojciech Cieśla, Staffan Dahllof, Delphine Reuter, České centrum pro investigativní žurnalistiku o.p.s., Harry Karanikas, Crina Boros, Baltijas pētnieciskās žurnālistikas centrs Re:Baltica, Balazs Toth, Minna Knus-Galán, Atanas Tchobanov, Dirk Liedtke, Nils Mulvad, Hugo van der Parre, Guia Baggi, Marcos García Rey, Mark Lee Hunter, Kristof Clerix, Rui Araujo, Anuška Delić, Jacob Borg, Matilda  Bačelić u Gavin Sheridan, intiżi li jiksbu aċċess għal dokumenti tal-Parlament li fihom informazzjoni dwar l-allowances tal-Membri tiegħu (iktar ’il quddiem id-“deċiżjonijiet ikkontestati”).

 Il-fatti li wasslu għall-kawża

2        F’Lulju 2015, fil-Kawżi T-639/15 sa T-666/15, u f’Novembru 2015, fil-Kawża T‑94/16, kull rikorrent ressaq quddiem il-Parlament talba għall-aċċess għal dokumenti fuq il-bażi tar-Regolament Nru 1049/2001.

3        Dawn it-talbiet kienu jirrigwardaw “kopji ta’ fajlijiet, ta’ rapporti u ta’ dokumenti oħra rilevanti li jiddeskrivu fid-dettall b’liema mod u f’liema mument il-MPE” ta’ kull Stat Membru “[kienu] nefqu”, matul diversi perijodi inklużi bejn Ġunju 2011 u Lulju 2015, “l-allowances tagħhom (spejjeż tal-ivvjaġġar, allowances ta’ kuljum u allowances għal spejjeż ġenerali)”, dokumenti li juru “l-ammonti li [kienu] tħallsu lilhom bħala allowance ta’ assistenza parlamentari” u “l-istorja tal-kontijiet bankarji tal-MPE li [kienu] jintużaw speċifikament għall-ħlas tal-allowances ta’ spejjeż ġenerali” (iktar ’il quddiem id-“dokumenti mitluba”).

4        Dawn it-talbiet kienu jirrigwardaw Membri tal-Parlament Ċiprijotti fil-Kawża T‑639/15, Sloveni fil-Kawżi T-640/15 u T-662/15, Awstrijaċi fil-Kawża T‑641/15, Pollakki fil-Kawża T-642/15, Svediżi fil-Kawża T‑643/15, Lussemburgiżi fil-Kawża T-644/15, Slovakki fil-Kawża T‑645/15, Griegi fil-Kawża T-646/15, tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq fil-Kawża T-647/15, Litwani fil-Kawża T-648/15, Ungeriżi fil-Kawża T-649/15, Finlandiżi fil-Kawża T-650/15, Bulgari fil-Kawża T-651/15, Ġermaniżi fil-Kawża T-652/15, Daniżi fil-Kawża T-653/15, Ċeki fil-Kawża T-654/15, Olandiżi fil-Kawża T‑655/15, Taljani fil-Kawża T-656/15, Rumeni fil-Kawża T-657/15, Spanjoli fil-Kawża T-658/15, Franċiżi fil-Kawża T-659/15, Belġjani fil-Kawża T‑660/15, Portugiżi fil-Kawża T-661/15, Estonjani fil-Kawża T-663/15, Maltin fil-Kawża T‑664/15, Latvjani fil-Kawża T-665/15, Kroati fil-Kawża T-666/15, u Irlandiżi fil-Kawża T-94/16.

5        Permezz ta’ ittri tal-20 ta’ Lulju 2015 fil-Kawżi T-639/15 sa T-666/15 u tal-25 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-94/16, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament ċaħad it-talbiet għal aċċess għal dokumenti tar-rikorrenti, minn naħa, billi invoka l-protezzjoni ta’ data personali, abbażi tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001, u, min-naħa l-oħra, billi indika li ma kienx jiddisponi mill-istorja tal-kontijiet bankarji tal-Membri tal-Parlament.

6        Permezz tal-ittri ta’ Awwissu 2015 fil-Kawżi T-639/15 sa T-666/15 u ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-94/16, kull rikorrent ressaq quddiem il-Parlament talba konfermatorja ta’ aċċess għad-dokumenti mitluba.

7        Permezz tad-deċiżjonijiet ikkontestati, il-Parlament ċaħad dawn it-talbiet, billi indika, minn naħa, li ma jiddisponix minn xi wħud mid-dokumenti mitluba u, għall-bqija, billi invoka l-bażi doppja tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001, moqrija flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102), u l-piż amministrattiv eċċessiv li jinvolvi l-ipproċessar ta’ dawn it-talbiet.

 Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet

8        Permezz ta’ rikorsi ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-13 ta’ Novembru 2015, fil-Kawżi T-639/15 sa T-666/15, u fl-1 ta’ Marzu 2016, fil-Kawża T-94/16, ir-rikorrenti ressqu dawn il-kawżi.

9        Flimkien mal-preżentata tar-risposti tiegħu fil-Kawżi T-639/15 sa T‑666/15 u T‑94/16, il-Parlament talab lill-Qorti Ġenerali li l-Kawżi T‑639/15 sa T-666/15 jiġu magħquda, u wara, il-Kawżi T-639/15 sa T‑666/15 u T-94/16 ukoll.

10      Ir-rikorrenti fil-Kawżi T-639/15 u T-666/15 informaw lill-Qorti Ġenerali li huma ma kinux qed jopponu li l-Kawżi T-639/15 sa T‑666/15 jiġu magħquda, bil-kundizzjoni madankollu li l-Kawża T‑662/15 tiġi indikata bħala l-kawża prinċipali.

11      Fis-17 ta’ Marzu 2016, ir-rikorrenti fil-Kawżi T-643/15, T-644/15, T‑647/15, T-657/15 sa T-659/15 u T-94/16 ippreżentaw talba għat-trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni fir-rikorsi tagħhom fil-konfront tal-pubbliku u tar-rikorrenti fil-kawżi l-oħra fil-każ li jingħaqdu l-kawżi.

12      Konformement mat-talbiet tagħhom, ir-rikorrenti fil-Kawżi T-643/15, T-644/15, T-647/15, T-657/15 sa T-659/15 u T-94/16 ippreżentaw fl-istess ġurnata verżjoni mhux kunfidenzjali tar-rikorsi tagħhom.

13      Fl-20 ta’ Ġunju 2016, ir-rikorrent fil-Kawża T-94/16 informa lill-Qorti Ġenerali li huwa ma kienx qed jopponi li l-Kawżi T-639/15 sa T-666/15 u T-94/16 jiġu magħquda.

14      Permezz ta’ digrieti tal-24 ta’ Mejju u tal-20 ta’ Lulju 2016, il-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti Ġenerali għaqqad għall-finijiet tal-fażi bil-miktub tal-proċedura l-Kawżi T-639/15 sa T-666/15 u T-94/16, u laqa’ t-talbiet għal trattament kunfidenzjali ppreżentati mir-rikorrenti fil-Kawżi T-643/15, T-644/15, T-647/15, T-657/15 sa T-659/15 u T-94/16.

15      Peress li kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali, l-Imħallef Relatur ġie assenjat lill-Ħames Awla, u din il-kawża ġiet għalhekk assenjata lil din l-awla.

16      Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla Estiża) iddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura fil-kawżi preżenti u li tgħaqqadhom għall-finijiet ta’ din tal-aħħar.

17      It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tad-19 ta’ Ottubru 2017.

18      Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

–        tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati;

–        tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.

19      Il-Parlament jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

–        tiċħad ir-rikorsi bħala infondati;

–        tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.

 Id-dritt

20      B’applikazzjoni tal-Artikolu 68 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, dawn il-kawżi huma magħquda għall-finijiet tad-deċiżjoni li tagħlaq l-istanza.

21      Insostenn tar-rikorsi tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

22      L-ewwel żewġ motivi huma bbażati fuq ksur tad-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 u tal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001, peress li d-dokumenti mitluba ma għandhomx data personali u li, f’kull każ, in-neċessità ta’ trasferiment tagħhom intweriet bl-istess mod bħall-assenza ta’ riskju ta’ preġudizzju għall-interessi leġittimi tal-persuni kkonċernati.

23      It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ġenerali ta’ eżami konkret u individwali ta’ kull wieħed mid-dokumenti mitluba, li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikoli 2, 4 u tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, kif ukoll fuq l-illegalità tar-rifjut ta’ aċċess ibbażat fuq piż amministrattiv eċċessiv.

24      Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li ġie rrifjutat anki aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba.

25      Il-ħames u l-aħħar motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1049/2001.

26      F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1049/2001, moqri, b’mod partikolari, fid-dawl tal-premessa 4 ta’ dan l-istess regolament, huwa jfittex li jagħti l-iktar effett wiesa’ possibbli lid-dritt ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti fil-pussess tal-istituzzjonijiet (sentenza tal-1 ta’ Frar 2007, Sison vs Il‑Kunsill, C‑266/05 P, EU:C:2007:75, punt 61) u li, fil-kliem tal-premessa 11 tar-Regolament Nru 1049/2001, “[b]ħala prinċipju, kull dokumenti ta’ l-istituzzjonijiet għandhom jkunu aċċessibbli għall-pubbliku”.

27      B’hekk, id-dritt ta’ aċċess għall-pubbliku stabbilit mir-Regolament Nru 1049/2001 jirrigwarda biss id-dokumenti eżistenti u fil-pussess effettiv tal-istituzzjonijiet ikkonċernati, fis-sens li dan id-dritt ma għandux ikopri dokumenti li ma jkunux fil-pussess tal-istituzzjonijiet jew li ma jkunux jeżistu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2014, Strack vs Il-Kummissjoni, C-127/13 P, EU:C:2014:2250, punti 38 u 46).

28      F’dan il-każ, fost id-dokumenti mitluba mir-rikorrenti hemm mhux biss dokumenti dwar l-allowances ta’ kuljum, l-allowances għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-allowances għall-assistenza parlamentari tal-Membri tal-Parlament, iżda wkoll id-dokumenti bid-dettalji ta’ kif u f’liema mument il-Membri tal-Parlament ta’ kull Stat Membru nefqu, matul perijodi differenti, l-allowances għall-ispejjeż ġenerali kif ukoll kopji tal-istorja tal-kontijiet bankarji tal-Membri tal-Parlament assenjati speċifikament għall-użu tal-allowances għall-ispejjeż ġenerali.

29      Issa, fir-rigward ta’ dokumenti bid-dettalji ta’ kif u f’liema mument il-Membri tal-Parlament ta’ kull Stat Membru nefqu, matul perijodi differenti, l-allowances għall-ispejjeż ġenerali, huwa paċifiku li, skont l-Artikoli 25 u 26 tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU 2009, C 159, p. 1), il-Membri tal-Parlament jirċievu, kull xahar, allowance fissa għal ammont li barra minn hekk huwa magħruf mill-pubbliku, wara talba unika magħmula fil-bidu tal-mandat tagħhom.

30      Minn dan jirriżulta li, fid-dawl tan-natura fissa tal-allowances għall-ispejjeż ġenerali, il-Parlament ma għandu l-ebda dokument li jagħti d-dettalji, materjalment jew temporalment, tal-użu mill-Membri tagħha tal-imsemmija allowances.

31      Għaldaqstant, il-Parlament ġustament, fid-deċiżjonijiet ikkontestati u fuq il-bażi tal-Artikolu 25 tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament imsemmija fil-punt 28 iktar ’il fuq, indika li ma kellux informazzjoni dwar l-infiq reali mġarrab mill-Membri tal-Parlament bħala allowances għall-ispejjeż ġenerali u li għalhekk ma kienx f’pożizzjoni li jiżvela d-dokumenti mitluba f’dan ir-rigward.

32      Fir-rigward tal-istorja tal-kontijiet bankarji tal-Membri tal-Parlament assenjati speċifikament għall-użu tal-allowances għall-ispejjeż ġenerali, il-Parlament spjega fid-deċiżjonijiet ikkontestati li ma kienx fil-pussess ta’ dawn id-dokumenti.

33      Konformement mal-preżunzjoni ta’ legalità marbuta mal-atti tal-Unjoni Ewropea, l-ineżistenza ta’ dokument li l-aċċess tiegħu jkun intalab tiġi preżunta meta ssir affermazzjoni f’dan is-sens mill-istituzzjoni kkonċernata. Din hija madankollu preżunzjoni sempliċi li min jitlob aċċess jista’ jikkonfuta b’kull mezz, fuq il-bażi ta’ indizji rilevanti u konkordanti (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-25 ta’ Ġunju 2002, British American Tobacco (Investments) vs Il-Kummissjoni, T‑311/00, EU:T:2002:167, punt 35).

34      F’dan il-każ, ir-rikorrenti madankollu ma ressqu ebda element ta’ natura li jikkontesta l-ineżistenza tad-dokumenti inkwistjoni. Fil-fatt, ir-rikorrenti sempliċement sostnew li huma sabuha diffiċli jemmnu li l-Parlament ma kienx fil-pussess ta’ dawn id-dokumenti, peress li dan tal-aħħar kien iddikjara li l-mekkaniżmi ta’ kontroll tiegħu, fir-rigward tal-użu tal-allowances tal-Membri tiegħu, kienu biżżejjed. Issa, l-imsemmija dikjarazzjoni bl-ebda mod ma turi li l-Parlament kien fil-pussess ta’ storja tal-kontijiet bankarji tal-Membri tiegħu assenjati speċifikament għall-użu tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali.

35      Għaldaqstant, il-Parlament, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, ġustament ċaħad it-talbiet tar-rikorrenti intiżi li jinkisbu d-dokumenti dwar l-infiq tal-allowances għall-ispejjeż ġenerali u l-istorja tal-kontijiet bankarji tal-Membri tal-Parlament assenjati speċifikament għall-użu tal-imsemmija allowances.

36      L-argumenti tar-rikorrenti ma jistgħux iqiegħdu inkwistjoni din l-evalwazzjoni.

37      Għandu jiġi kkonstatat li, fin-noti tagħhom, ir-rikorrenti sempliċement enfasizzaw li l-Membri tal-Parlament jirċievu bla dubju allowance għall-ispejjeż ġenerali sabiex ikopru spejjeż li jinkludu l-kiri ta’ uffiċċju tal-kostitwenza kif ukoll il-fatturi tat-telefon, it-tagħmir informatiku u l-ispejjeż kurrenti, ħaġa li ma tistax tiġi kkontestata.

38      Xorta jibqa’ l-fatt li huwa stabbilit li dawn l-ispejjeż għandhom jiġu kkumpensati b’mod fiss, u mhux fuq preżentazzjoni ta’ dokumenti li juru l-ispejjeż imġarrba, ħaġa li ma tistax tiġi kkontestata mid-dubji tar-rikorrenti fir-rigward tal-fatt li l-Parlament ma għandux id-dokumenti mitluba f’dan ir-rigward, peress li dawn tal-aħħar lanqas ma ppruvaw jinvokaw regola li tipprevedi l-kontra.

39      Permezz tal-argumenti tagħhom, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma għandhomx l-intenzjoni jikkontestaw il-legalità tad-deċiżjonijiet ikkontestati imma li, essenzjalment, jiddenunzjaw in-nuqqasijiet u l-ineffiċjenza tal-mekkaniżmi ta’ kontroll eżistenti, ħaġa li l-Qorti Ġenerali ma hijiex mitluba tistħarreġ fil-kuntest ta’ dawn ir-rikorsi.

40      Għaldaqstant, għandhom qabel kollox jiġu miċħuda l-motivi kollha tar-rikorsi bħala ineffettivi sa fejn jirrigwardaw id-dokumenti marbuta mal-infiq tal-allowances għall-infiq ġenerali u l-istorja tal-kontijiet bankarji tal-Membri tal-Parlament allokati għall-użu tal-allowances imsemmija, u li l-eżami mill-Qorti Ġenerali jkun limitat biss għall-motivi tar-rikorsi għat-talbiet għall-aċċess tar-rikorrenti għall-allowances ta’ kuljum, għall-allowances għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u għall-allowances ta’ assistenza parlamentari.

 Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 u tal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001, peress li din l-aħħar dispożizzjoni ma hijiex applikabbli f’dan il-każ

41      Permezz tal-ewwel motiv tar-rikorsi, ir-rikorrenti jinvokaw ksur tad-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 u tal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001, dispożizzjonijiet li tagħhom huma essenzjalment jikkontestaw barra minn hekk il-legalità. Dan il-motiv jinkludi żewġ partijiet.

42      Fil-kuntest tal-ewwel parti, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma vvizzjati b’illegalità peress li, essenzjalment, ir-Regolament Nru 45/2001 ma huwiex applikabbli f’dan il-każ, peress li l-informazzjoni inkwistjoni ma taqax taħt l-isfera privata tal-Membri tal-Parlament, iżda taħt l-isfera pubblika tagħhom, peress li d-dokumenti mitluba huma relatati mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom ta’ Membri eletti.

43      Fi kliem ieħor, ir-rikorrenti jsostnu li l-iżvelar tad-dokumenti mitluba ma jippreġudikax il-ħajja privata u l-integrità tal-individwu, fis-sens tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li, jekk wieħed jissoponi li fihom data personali, din ma tkunx tirrigwarda l-ħajja privata tal-Membri tal-Parlament.

44      F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw l-aċċess għal dokument fil-każ fejn l-iżvelar tiegħu jippreġudika l-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu, peress li din id-dispożizzjoni għandha tiġi implimentata konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali.

45      Jirriżulta minn din il-leġiżlazzjoni, b’mod partikolari mill-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15 p. 355), u mill-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 45/2001, li l-espressjoni “data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli.

46      Issa, f’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li d-dokumenti kollha mitluba jinkludu informazzjoni li tikkonċerna persuni fiżiċi identifikati.

47      Dan huwa l-każ tad-dokumenti tal-Parlament relatati mal-kumpens għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u għall-allowances ta’ kuljum, liema dokumenti jidentifikaw neċessarjament kull Membru tal-Parlament ikkonċernat, anki jekk biss għall-finijiet tal-ħlas ta’ dawn l-allowances.

48      L-istess għandu jingħad għad-dokumenti tal-Parlament li jirrigwardaw l-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari, liema dokumenti jidentifikaw neċessarjament kull Membru kkonċernat u l-benefiċjarji rispettivi ta’ dawn l-allowances, anki jekk biss għall-finijiet tal-ħlas ta’ dawn il-benefiċċji.

49      L-argument tar-rikorrenti ma jistax iqiegħed inkwistjoni din l-evalwazzjoni.

50      L-ewwel nett, id-distinzjoni li jinvokaw ir-rikorrenti tad-data inkwistjoni, skont jekk taqax fl-isfera privata jew fl-isfera pubblika, tirriżulta b’mod ċar minn konfużjoni bejn dak li huwa data personali u dak li jaqa’ taħt il-ħajja privata, filwaqt li l-kunċetti ta’ data personali, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 45/2001, u data dwar il-ħajja privata ma għandhomx jiġu mħallta (sentenza tat-16 ta’ Lulju 2015, ClientEarth u PAN Europe vs EFSA, C-615/13 P, EU:C:2015:489, punt 32).

51      Imbagħad, il-kwistjoni ta’ jekk ir-riskju ta’ preġudizzju għall-interessi leġittimi tal-Membri tal-Parlament jeżistix lanqas ma taffettwa l-klassifikazzjoni tad-data inkwistjoni bħala data personali, peress li din il-kwistjoni taqa’ taħt l-eżami tat-tieni motiv tar-rikorsi fit-tieni parti tagħhom, li ser tiġi ttrattata fil-punt 96 iktar ’il quddiem.

52      Fl-aħħar nett, il-fatt li d-data dwar il-persuni inkwistjoni hija strettament marbuta ma’ informazzjoni pubblika fuq dawn il-persuni, b’mod partikolari l-fatt li huma mniżżla fis-sit internet tal-Parlament, billi huma Membri tal-Parlament, ma jimplika bl-ebda mod li huma jkunu tilfu n-natura tagħhom ta’ data personali, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 45/2001 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-16 ta’ Lulju 2015, ClientEarth u PAN Europe vs EFSA, C-615/13 P, EU:C:2015:489, punt 31).

53      Fi kliem ieħor, il-klassifikazzjoni tad-data inkwistjoni bħala data personali ma tistax tiġi eskluża minħabba s-sempliċi fatt li din l-informazzjoni tkun marbuta ma’ data oħra li tkun pubblika, u dan indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk l-iżvelar ta’ din id-data jippreġudikax l-interessi leġittimi tal-persuni kkonċernati.

54      Fil-kuntest tat-tieni parti tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jinvokaw, essenzjalment, l-illegalità tal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001 fid-dawl tal-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46.

55      Skont ir-rikorrenti, il-prerekwiżit li tintwera n-neċessità ta’ trasferiment tad-data mitluba, b’applikazzjoni tal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001, tkun xi tkun il-leġittimità tal-interess tal-persuna kkonċernata, isaħħaħ il-ħarsien tad-data personali b’mod inkompatibbli mal-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46.

56      Mingħajr ma huwa neċessarju li ssir evalwazzjoni tal-ammissibbiltà, li l-Parlament qed jinvoka, l-argument tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud.

57      Fil-fatt, il-legalità tal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001 ma għandhiex tiġi evalwata fid-dawl tal-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46, peress li dawn iż-żewġ testi, li jaqgħu t-tnejn taħt id-dritt sekondarju, għandhom kampijiet ta’ applikazzjoni distinti u b’hekk ebda wieħed ma jipprevedi s-supremazija ta’ wieħed fuq l-ieħor.

58      Il-legalità tal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001 tista’ tiġi kkontestata biss fir-rigward ta’ dispożizzjoni tad-dritt primarju.

59      Issa, għandu jiġi kkonstatat li, fin-noti tagħhom, ir-rikorrenti ma invokaw bl-ebda mod tali dispożizzjoni.

60      Fi kwalunkwe każ, il-protezzjoni tad-data personali ggarantita mill-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001 u dik iggarantita mill-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46 għandhom, fil-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tagħhom, portata simili.

61      Konsegwentement, l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud.

 Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 u tal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001 f’dak li jikkonċerna n-neċessità ta’ trasferiment tad-data personali

62      Permezz tat-tieni motiv tar-rikorsi, ir-rikorrenti jinvokaw ksur tad-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 u tal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001 sa fejn il-Parlament ċaħad it-talbiet għal aċċess għad-dokumenti mitluba, minkejja li l-kundizzjonijiet għall-iżvelar kienu ġew issodisfatti.

63      F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, bis-saħħa tal-Artikolu 15(3) TFUE, kull ċittadin tal-Unjoni u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li tkun irreġistrata fi Stat Membru għandha d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni b’riżerva għall-prinċipji u għall-kundizzjonijiet li huma stabbiliti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 294 TFUE (ara s-sentenza tas-27 ta’ Frar 2014, Il-Kummissjoni vs EnBW, C-365/12 P, Ġabra, EU:C:2014:112, punt 61 u l-ġurisprudenza ċċitata).

64      Konformement mal-premessa 1 tiegħu, ir-Regolament Nru 1049/2001 jaqa’ taħt ir-rieda espressa fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 TUE, imdaħħal bit-Trattat ta’ Amsterdam, li jittieħed pass ġdid lejn il-ħolqien ta’ unjoni dejjem iżjed ravviċinata fost il-popli tal-Ewropa, li fiha d-deċiżjonijiet jittieħdu bl-ikbar osservanza possibbli tal-prinċipju ta’ ftuħ u kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadin. Kif tfakkar il-premessa 2 tal-imsemmi regolament, id-dritt ta’ aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet huwa marbut man-natura demokratika ta’ dawn tal-aħħar (ara s-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2015, Dennekamp vs Il-Parlament, T‑115/13, EU:T:2015:497, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).

65      Għandu jitfakkar ukoll li l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament 1049/2001 huwa dispożizzjoni indiviżibbli li teżiġi li l-preġudizzju eventwali għall-ħajja privata u għall-integrità tal-individwu tiġi dejjem eżaminata u evalwata konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali, b’mod partikolari mar-Regolament Nru 45/2001. B’hekk din id-dispożizzjoni tistabbilixxi sistema speċifika u msaħħa ta’ protezzjoni tal-persuna li d-data tagħha personali tkun tista’, jekk ikun il-każ, tiġi kkomunikata lill-pubbliku (sentenza tad-29 ta’ Ġunju 2010, Il-Kummissjoni vs Bavarian Lager, C‑28/08 P, EU:C:2010:378, punti 59 u 60).

66      Isegwi li, meta talba bbażata fuq ir-Regolament Nru 1049/2001 tkun intiża li jinkiseb aċċess għal dokumenti li jkun fihom data personali, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 45/2001 isiru kompletament applikabbli (sentenza tad-29 ta’ Ġunju 2010, Il‑Kummissjoni vs Bavarian Lager, C‑28/08 P, EU:C:2010:378, punt 63).

67      F’dan il-każ, mill-eżami tal-ewwel motiv tar-rikorsi jirriżulta li d-dokumenti kollha mitluba jinkludu data personali, b’tali mod li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 45/2001 japplikaw b’mod sħiħ f’dan il-każ.

68      Issa, diġà ġie deċiż li d-derogi mill-protezzjoni tad-data personali kellhom jiġu interpretati b’mod strett (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2010, Volker und Markus Schecke u Eifert, C-92/09 u C-93/09, EU:C:2010:662, punt 77).

69      Ukoll, fil-kuntest tad-deċiżjonijiet li bihom istituzzjoni tiċħad talba għall-aċċess għal informazzjoni li jkollha data personali għar-raġuni li tkun koperta b’eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001, ibbażata fuq il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu, din id-data tista’ tiġi ttrasferita biss jekk id-destinatarju juri n-neċessità ta’ trasferiment u jekk ma jkun hemm ebda raġuni għal xiex wieħed jaħseb li dan it-trasferiment ikun jista’ jippreġudika l-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata, bis-saħħa tal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001, li l-istituzzjonijiet huma marbuta li josservaw meta jintalbu jagħtu aċċess għal dokumenti li jinkludu data personali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-29 ta’ Ġunju 2010, Il‑Kummissjoni vs Bavarian Lager, C-28/08 P, EU:C:2010:378, punt 63).

70      B’hekk, mill-kliem stess tal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001 jirriżulta li dan jissuġġetta t-trasferiment ta’ data personali għal żewġ kundizzjonijiet kumulattivi (sentenza tat-16 ta’ Lulju 2015, ClientEarth u PAN Europe vs EFSA, C-615/13 P, EU:C:2015:489, punt 46).

71      F’dan il-kuntest, qabel xejn huwa dak li jitlob dan it-trasferiment li għandu juri n-neċessità tiegħu. Jekk din tintwera, tkun għalhekk l-istituzzjoni kkonċernata li jkollha tivverifika jekk ikunx hemm raġuni għal xiex wieħed jaħseb li t-trasferiment inkwistjoni jista’ jippreġudika l-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata (ara s-sentenza tas-16 ta’ Lulju 2015, ClientEarth u PAN Europe vs EFSA, C-615/13 P, EU:C:2015:489, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata).

72      B’hekk, l-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001 jeżiġi li l-istituzzjoni mitluba twettaq, fl-ewwel lok, evalwazzjoni tan-natura neċessarja, u għalhekk proporzjonata, tat-trasferiment tad-data personali fid-dawl tal-għan imfittex mill-persuna li tressaq it-talba, peress li l-osservanza tar-rekwiżit ta’ neċessità previst fl-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001, li għandu jiġi interpretat b’mod strett, tfisser li l-applikant għandu juri li t-trasferiment tad-data personali jkun il-miżura l-iktar adegwata fost il-miżuri l-oħra previsti sabiex jintlaħaq l-għan imfittex mill-persuna li tressaq it-talba u li dan ikun proporzjonat ma’ dan l-għan, fatt li jobbliga lil min jagħmel it-talba jressaq ġustifikazzjonijiet espressi u leġittimi f’dan is-sens (sentenza tal-15 ta’ Lulju 2015, Dennekamp vs Il‑Parlament, T‑115/13, EU:T:2015:497, punti 54 u 59).

73      F’dan il-każ, għall-finijiet li tintwera n-neċessità ta’ trasferiment tad-data inkwistjoni, ir-rikorrenti ċertament irreferew għal diversi għanijiet imsemmija fit-talbiet tagħhom għal aċċess għal dokumenti, jiġifieri, essenzjalment, minn naħa, li jiġi permess lill-pubbliku jivverifika l-adegwatezza tal-ispejjeż minfuqa mill-Membri tal-Parlament fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-mandat tagħhom u, min-naħa l-oħra, li jiġi żgurat id-dritt tal-pubbliku għall-informazzjoni u għat-trasparenza.

74      F’dan ir-rigward, l-ewwel nett għandu jitqies li, minħabba l-formulazzjoni eċċessivament wiesgħa u ġenerali, dawn l-għanijiet ma jistgħux, fihom innifishom, jistabbilixxu n-neċessità ta’ trasferiment tad-data personali inkwistjoni.

75      Fil-fatt, ma jistax jiġi kkontestat lill-Parlament li ma ddeduċiex, minn dawn l-għanijiet, espressi b’kunsiderazzjonijiet wiesgħa u ġenerali, it-turija impliċita tan-neċessità ta’ trasferiment ta’ din id-data personali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-23 ta’ Novembru 2011, Dennekamp vs Il‑Parlament, T-82/09, mhux ippubblikata, EU:T:2011:688, punt 34, u tal-21 ta’ Settembru 2016, Secolux vs Il-Parlament, T-363/14, EU:T:2016:521, punt 70 u l-ġurisprudenza ċċitata).

76      Evalwazzjoni kuntrarja kieku kienet tobbliga lill-istituzzjoni, bħala prinċipju, tislet kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar l-interess tal-pubbliku għall-iżvelar tad-data personali marbuta mad-dimostrazzjoni impliċita tan-neċessità ta’ trasferiment ta’ din id-data (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-23 ta’ Novembru 2011, Dennekamp vs Il-Parlament, T‑82/09, mhux ippubblikata, EU:T:2011:688, punt 35).

77      Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-ewwel għan invokat mir-rikorrenti, huma mhux qed juru għaliex it-trasferiment tad-data personali inkwistjoni huwa neċessarju sabiex jiġi żgurat stħarriġ suffiċjenti tal-ispejjeż sostnuti mill-Membri tal-Parlament fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom, b’mod partikolari sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet allegati tal-mekkaniżmi ta’ stħarriġ eżistenti tal-imsemmija spejjeż.

78      B’hekk, l-elementi prodotti mir-rikorrenti insostenn tan-neċessità ta’ trasferiment ma humiex konvinċenti.

79      L-ewwel nett, ir-riferimenti għal investigazzjonijiet ġurnalistiċi dwar l-ispejjeż tal-Membri parlamentari tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ma humiex rilevanti fid-dawl tal-għan tar-rikorrenti li jiżguraw stħarriġ pubbliku tal-ispejjeż tal-Membri tal-Parlament.

80      Barra minn hekk, ir-riferiment għall-annullament, mill-Qorti Ġenerali, fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas-7 ta’ Ġunju 2011, Toland vs Il‑Parlament (T-471/08, EU:T:2011:252), tad-deċiżjoni tal-Parlament li tiċħad it-talba għal aċċess ta’ ġurnalist għar-Rapport Nru 6/02 tad-dipartiment tal-verifika interna tal-Parlament, tad-9 ta’ Jannar 2008, dwar l-allowance għall-assistenza parlamentari, ma tistax tiġi trasposta għal dan il-każ.

81      Fil-fatt, minn naħa, it-talba għal aċċess inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas-7 ta’ Ġunju 2011, Toland vs Il-Parlament (T-471/08, EU:T:2011:252), kienet tirrigwarda rapport ta’ verifika interna tal-Parlament, u mhux id-dokumenti kollha bid-dettalji tal-użu, mill-Membri tal-Parlament, tad-diversi allowances allokati lilhom.

82      Min-naħa l-oħra, hekk kif jirriżulta mill-punti 42 sa 85 tas-sentenza tas-7 ta’ Ġunju 2011, Toland vs Il-Parlament (T-471/08, EU:T:2011:252), il-motivi ta’ ċaħda tat-talba għal aċċess inkwistjoni ma kinux ibbażati fuq l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar il-protezzjoni tad-data personali, iżda fuq l-eċċezzjonijiet imsemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) u fl-Artikolu 4(3) tal-imsemmi regolament, li jikkonċernaw, rispettivament, il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika, u l-proċess deċiżjonali tal-istituzzjoni. Għaldaqstant, ir-rikorrenti ma kinitx obbligata, bħal f’dan il-każ, li turi n-neċessità ta’ aċċess għad-dokumenti mitluba fir-rigward tal-għanijiet li hija kienet qed tinvoka.

83      Fi kwalunkwe każ, li kieku kellu jitqies li, b’dan ir-riferiment għall-kawża li tat lok għas-sentenza tas-7 ta’ Ġunju 2011, Toland vs Il‑Parlament (T-471/08, EU:T:2011:252), ir-rikorrenti riedu juru n-neċessità ta’ aċċess għad-dokumenti mitluba sabiex jiġi żgurat stħarriġ suffiċjenti tal-ispejjeż tal-Membri tal-Parlament, peress li l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament f’din il-kawża wasslet, fil-fehma tagħhom, għat-tisħiħ tar-regoli dwar l-użu tal-allowance għall-assistenza parlamentari, dan l-argument xorta waħda għandu jiġi skartat. Fil-fatt, fid-dawl tad-differenzi bejn ir-rapport ta’ verifika inkwistjoni f’din il-kawża u d-dokumenti inkwistjoni fil-kuntest tar-rikorsi preżenti, is-sempliċi fatt li l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-rapport kellu l-effett allegat mir-rikorrenti, anki jekk jiġi stabbilit, ma jistax juri n-neċessità ta’ trasferiment tad-data personali li tinsab fid-dokumenti mitluba.

84      Sussegwentement, għalkemm ir-rikorrenti rreferew, fit-talbiet konfermatorji ta’ aċċess tagħhom, għal “bosta każijiet ta’ frodi mwettqa mill-Membri tal-Parlament, ikkonfermati jew allegati, fis-snin li għaddew”, dan ir-riferiment, li għandu natura partikolarment astratta u ġenerali, ma jistax jiġġustifika n-neċessità ta’ trasferiment tad-data personali tal-Membri tal-Parlament imsemmija minn kull waħda mit-talbiet tar-rikorrenti, u wisq inqas in-natura proporzjonata tiegħu.

85      Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi osservat li r-rikorrenti sempliċement isemmu l-eżempju ta’ Membru Bulgaru wieħed tal-Parlament.

86      Issa, dan l-eżempju ma huwiex biżżejjed, waħdu, biex jiġġustifika t-trasferiment tad-data personali tal-Membri kollha tal-Parlament.

87      Fl-aħħar nett, għalkemm ir-rikorrenti ċertament jirreferu, fir-rikorsi tagħhom, għal suspetti ta’ impjiegi fittizji fir-rigward ta’ Membri tal-Parlament, għandu jiġi rrilevat li dawn l-elementi ma ġewx sottomessi lill-Parlament fil-kuntest tat-talbiet konfermatorji ta’ aċċess tagħhom.

88      Issa, għandu jiġi kkonstatat li huwa dak li jitlob tali trasferiment li għandu juri n-neċessità ta’ dan. Jekk dan isir, allura tkun l-istituzzjoni kkonċernata li jkollha tivverifika jekk teżistix xi raġuni li twassal wieħed jaħseb li t-trasferiment jista’ jippreġudika l-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata. F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma ressqu ebda argument dwar is-suspetti ta’ impjiegi fittizji fil-konfront tal-Membri tal-Parlament qabel l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-21 ta’ Settembru 2016, Secolux vs Il-Kummissjoni, T-363/14, EU:T:2016:521, punti 36 u 37).

89      Għaldaqstant, l-elementi dwar suspetti ta’ impjiegi fittizji tal-Membri tal-Parlament ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġġustifikaw it-trasferiment tad-data personali ta’ dawn il-membri.

90      Fit-tieni lok, fir-rigward tat-tieni għan imfittex mir-rikorrenti, ir-rieda li jinbeda dibattitu pubbliku ma hijiex suffiċjenti sabiex turi n-neċessità ta’ trasferiment tad-data personali, sa fejn argument bħal dan huwa marbut unikament mal-finalità tat-talba għal aċċess għad-dokumenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2015, Dennekamp vs Il‑Parlament, T-115/13, EU:T:2015:497, punt 84).

91      Ebda supremazija awtomatika ma għandha tiġi rrikonoxxuta lill-għan ta’ trasparenza fuq id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2010, Volker und Markus Schecke u Eifert, C-92/09 u C-93/09, EU:C:2010:662, punt 85).

92      Fit-tielet u l-aħħar lok, jeħtieġ li jiġi rrilevat li, għalkemm, kif isostnu r-rikorrenti, mis-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2015, Dennekamp vs Il‑Parlament (T-115/13, EU:T:2015:497), jirriżulta li n-neċessità ta’ trasferiment tad-data personali tista’ tkun ibbażata fuq għan ġenerali, bħad-dritt tal-pubbliku għal informazzjoni dwar l-aġir tal-Membri fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, mill-punt 81 tal-imsemmija sentenza jirriżulta li huwa biss it-turija mir-rikorrenti tan-natura xierqa u proporzjonata mal-għanijiet imfittxija tat-talba għall-iżvelar tad-data personali li tippermetti lill-Qorti Ġenerali tivverifika n-neċessità ta’ dan, fis-sens tal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001.

93      Issa, ir-rikorrenti la fit-talbiet inizjali tagħhom u lanqas fit-talbiet konfermatorji ta’ aċċess ma ressqu ġustifikazzjonijiet espressi u leġittimi biex juru li t-trasferiment tad-data personali inkwistjoni kien il-miżura l-iktar adegwata fost il-miżuri l-oħra previsti, fosthom l-użu tad-data u tad-dokumenti disponibbli pubblikament, biex jinkiseb l-għan imfittex minnhom, u li dan kien proporzjonat għal dan il-għan.

94      Ir-riferiment, fit-talbiet konfermatorji għal aċċess, għas-sentenza tat-16 ta’ Lulju 2015, ClientEarth u Pan Europe vs EFSA (C-615/13 P, EU:C:2015:489), ma jistax jintlaqa’, sa fejn, bil-kontra tal-kawża preżenti, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet irrilevat, fil-punt 65 tal-imsemmija sentenza, li l-prova tan-neċessità tal-iżvelar tad-data personali kienet ġiet prodotta permezz ta’ elementi konkreti, bħalma huma, b’mod partikolari, ir-rabtiet li kellhom il-parti l-kbira tal-Membri esperti ta’ gruppi ta’ ħidma tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ma’ gruppi ta’ pressjoni.

95      Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi kkonstatat li, permezz tal-argumenti tagħhom, ir-rikorrenti ma humiex ifittxu mill-ġdid li jikkontestaw il-legalità tad-deċiżjonijiet ikkontestati imma, essenzjalment, li jiddenunzjaw in-nuqqasijiet u l-ineffiċjenza tal-mekkaniżmi ta’ kontroll eżistenti, ħaġa li ma hijiex il-Qorti Ġenerali li għandha tevalwa fil-kuntest ta’ dawn ir-rikorsi.

96      Għaldaqstant, għandu jitqies li r-rikorrenti ma wrewx in-neċessità ta’ trasferiment tad-dokumenti mitluba.

97      Peress li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001 huma kumulattivi (sentenza tat-16 ta’ Lulju 2015, ClientEarth u PAN Europe vs EFSA, C-615/13 P, EU:C:2015:489, punt 46), ma hemmx lok li jiġi vverifikat jekk hemmx raġuni biex wieħed jemmen li t-trasferiment tad-dokumenti mitluba seta’ jippreġudika l-interessi leġittimi tal-persuni kkonċernati.

98      Konsegwentement, it-tieni motiv tar-rikorsi għandu jiġi miċħud.

 Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ġenerali, taħt id-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikoli 2, 4 u tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, ta’ eżami konkret u individwali ta’ kull dokument mitlub u fuq l-illegalità tar-rifjut ta’ aċċess ibbażat fuq piż amministrattiv eċċessiv

99      It-tielet motiv tar-rikorsi tar-rikorrenti jikkonsisti f’żewġ partijiet, li għandhom jiġu evalwati separatament.

 Fuq l-ewwel parti tat-tielet motiv

100    Permezz tal-ewwel parti tat-tielet motiv tar-rikorsi, ir-rikorrenti jinvokaw ksur tal-obbligu ġenerali, li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikoli 2, 4 u tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, ta’ eżami konkret u individwali ta’ kull dokument mitlub.

101    F’dan is-sens, ir-rikorrenti jsostnu li, minkejja li l-possibbiltà ta’ dispensa mill-eżami individwali ta’ kull dokument ma tistax tiġi eskluża, tali possibbiltà ma hijiex possibbli f’dan il-każ, peress li d-dokumenti mitluba ma jaqgħux manifestament taħt l-istess kategorija ta’ dokumenti, tant kemm hija evidenti d-diversità tal-kontenut tagħhom.

102    F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, sabiex ir-rifjut ta’ aċċess għal dokument li l-iżvelar tiegħu jkun intalab jiġi ġġustifikat, ma huwiex suffiċjenti, bħala prinċipju, li d-dokument jaqa’ taħt attività msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-1 ta’ Lulju 2008, L-Isvezja u Turco vs Il‑Kunsill, C-39/05 P u C-52/05 P, EU:C:2008:374, punt 49, u tal-21 ta’ Lulju 2011, L-Isvezja vs MyTravel u Il‑Kummissjoni, C‑506/08 P, EU:C:2011:496, punt 76).

103    Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, l-eżami mitlub għall-ipproċessar ta’ talba għal aċċess għal dokumenti għandu jkun ta’ natura konkreta. B’hekk, minn naħa, is-sempliċi fatt li dokument jikkonċerna interess protett minn eċċezzjoni ma huwiex biżżejjed biex jiġġustifika l-applikazzjoni ta’ din tal-aħħar. Min-naħa l-oħra, ir-riskju ta’ preġudizzju għall-interess protett għandu jkun raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku. Konsegwentement, l-eżami li l-istituzzjoni għandha tiżvolġi sabiex tapplika eċċezzjoni għandu jitwettaq b’mod konkret u għandu jirriżulta mir-raġunijiet tad-deċiżjoni (ara s-sentenza tat-13 ta’ April 2005, Verein für Konsumenteninformation vs Il-Kummissjoni, T‑2/03, EU:T:2005:125, punt 69 u l-ġurisprudenza ċċitata).

104    Dan l-eżami konkret għandu, barra minn hekk, jitwettaq fir-rigward ta’ kull dokument imsemmi fit-talba. Fil-fatt, mir-Regolament Nru 1049/2001 jirriżulta li l-eċċezzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 4 huma stipulati bħala li għandhom japplikaw għal dokument (sentenza tat-13 ta’ April 2005, Verein für Konsumenteninformation vs Il‑Kummissjoni, T-2/03, EU:T:2005:125, punt 70).

105    Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li huwa possibbli għall-istituzzjonijiet, sabiex jispjegaw kif l-aċċess għad-dokumenti jista’ jippreġudika l-interess protett minn eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, li tibbaża ruħha fuq preżunzjonijiet ġenerali li japplikaw għal ċerti kategoriji ta’ dokumenti, peress li kunsiderazzjonijiet ta’ ordni ġenerali simili jistgħu jkunu applikabbli għal talbiet għal żvelar li jirrigwardaw dokumenti tal-istess natura (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-1 ta’ Lulju 2008, L-Isvezja u Turco vs Il‑Kunsill, C-39/05 P u C-52/05 P, EU:C:2008:374, punt 50; tad-29 ta’ Ġunju 2010, Il-Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau, C‑139/07 P, EU:C:2010:376, punt 54, u tas-27 ta’ Frar 2014, Il‑Kummissjoni vs EnBW, C‑365/12 P, EU:C:2014:112, punt 65).

106    F’dan il-każ, il-Parlament, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, qies li d-dokumenti mitluba, bħal kontijiet tal-lukanda, biljetti ta’ trasport, kuntratti ta’ xogħol jew il-karti tal-paga, kienu kollha jaqgħu taħt l-istess kategorija. Ir-rikorrenti jsostnu li d-diversità tad-dokumenti teskludi li dawn jistgħu jaqgħu taħt l-istess kategorija.

107    Sabiex jinċaħad dan l-argument, minn naħa, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li dan huwa bbażat fuq premessa żbaljata, peress li l-Parlament ma qiesx, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, li d-dokumenti kollha kienu jaqgħu taħt kategorija waħda u unika, iżda taħt kategoriji differenti.

108    B’hekk, pereżempju, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-Parlament qies li l-biljetti kollha tat-trasport kienu jaqgħu taħt il-kategorija ta’ biljetti tat-trasport, li l-fatturi tal-lukanda kollha kienu jaqgħu taħt il-kategorija tal-fatturi tal-lukandi, li l-kuntratti kollha tax-xogħol kienu jaqgħu taħt il-kategorija ta’ kuntratti tax-xogħol, u r-rendikonti tal-paga kollha kienu jaqgħu taħt il-kategorija tar-rendikonti tal-paga.

109    Konsegwentement, il-Parlament ma naqasx milli jwettaq eżami konkret u individwali ta’ kull dokument mitlub fir-rigward ta’ kategorija waħda, iżda fir-rigward tad-diversi kategoriji ta’ dokumenti li huwa kien iżola.

110    Min-naħa l-oħra, għandu jitfakkar li d-dokumenti li jaqgħu taħt dawn il-kategoriji differenti jinkludu data personali, anki jekk huwa biss l-isem tal-Membri tal-Parlament li huwa involut f’kull dokument inkwistjoni.

111    Sa fejn it-talbiet tar-rikorrenti jirrigwardaw id-dokumenti kollha li jippermettu li jiġi ddeterminat kif u meta l-Membri tal-Parlament indikati f’kull waħda minn dawn it-talbiet nefqu d-diversi allowances elenkati fl-imsemmija talbiet, dawn it-talbiet jimplikaw neċessarjament li d-dokumenti mitluba fihom elementi li jippermettu li jiġi identifikat kull wieħed minn dawn il-membri.

112    Dan huwa l-każ ukoll tal-allowances ta’ kuljum, tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-allowances ta’ assistenza parlamentari, anki jekk biss għall-finijiet tal-ħlas tagħhom lill-persuni kkonċernati.

113    Għaldaqstant, il-Parlament ma jistax jiġi kkritikat talli ma wettaqx eżami konkret u individwali ta’ kull dokument mitlub fid-dawl tal-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001.

114    Għaldaqstant, l-ewwel parti tat-tielet motiv tar-rikorsi għandha tiġi miċħuda.

 Fuq it-tieni parti tat-tielet motiv

115    Permezz tat-tieni parti tat-tielet motiv tar-rikorsi, ir-rikorrenti jinvokaw l-illegalità tar-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti mitluba fuq il-bażi ta’ piż amministrattiv eċċessiv.

116    F’dan ir-rigward, għandu qabel kollox jiġi rrilevat li, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, il-Parlament ċaħad it-talbiet konfermatorji għal aċċess, peress li, minn naħa, u ġustament, kif jirriżulta mill-eżami tal-ewwel u tat-tieni motiv tar-rikorsi, dawn id-dokumenti kienu jinkludu data personali, li għalihom ir-rikorrenti ma kinux urew in-neċessità ta’ trasferiment, u li, min-naħa l-oħra, l-iżvelar sħiħ tad-dokumenti mitluba fit-talbiet kollha kien jinvolvi piż amministrattiv eċċessiv.

117    B’dan il-mod, għandu jiġi kkonstatat li, għad-dokumenti mitluba fil-pussess tal-Parlament, ir-rifjut ta’ aċċess ġie ġġustifikat fuq il-bażi ta’ żewġ raġunijiet awtonomi u alternattivi, b’tali mod li waħda mir-raġunijiet hija neċessarjament sussidjarja fir-rigward tal-oħra.

118    Konsegwentement, peress li l-Qorti Ġenerali ċaħdet l-ewwel u t-tieni motiv tar-rikorsi, li kienu qajmu dubji dwar il-legalità tal-ewwel raġuni tad-deċiżjoni tal-Parlament, it-tieni parti tat-tielet motiv tar-rikorsi, li tirrigwarda t-tieni waħda minn dawn ir-raġunijiet, li hija neċessarjament superfluwa fid-dawl tal-ewwel, tista’ biss tiġi miċħuda bħala ineffettiva.

119    Għal dawn l-istess raġunijiet, lill-Parlament ma jistax jiġi kkontestat li ma kkomunikax mar-rikorrenti b’mod informali, sabiex tinstab soluzzjoni ekwa b’applikazzjoni tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 1049/2001. Fil-fatt, dawn id-dispożizzjonijiet ma jistgħux jiġu invokati, peress li, f’dan il-każ, il-Parlament ikkonstata, ġustament, li d-dokumenti mitluba kienu jaqgħu taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tal-imsemmi regolament, kif jirriżulta mill-eżami tal-ewwel u tat-tieni motiv.

120    Konsegwentement, it-tieni parti tat-tielet motiv tar-rikorsi għandha tiġi miċħuda wkoll, peress li din hija ineffettiva, u, għaldaqstant, it-tielet motiv tar-rikorsi fl-intier tiegħu.

 Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(6)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001

121    Permezz tar-raba’ motiv tar-rikorsi, ir-rikorrenti jinvokaw ksur tal-Artikolu 4(6)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 peress li ġie rrifjutat anki aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba.

122    Ir-rikorrenti jsostnu li l-Parlament ma wettaqx evalwazzjoni konkreta u individwali tal-kontenut tad-dokumenti mitluba, meta huwa kellu, tal-inqas, jiżvela d-dokumenti mitluba li ma kinux koperti b’eċċezzjoni u li l-iżvelar tal-imsemmija dokumenti, anki jekk b’mod parzjali, kien jissodisfa l-għan imfittex fit-talbiet għal aċċess tagħhom.

123    F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, il-Parlament qies li l-ħabi ta’ kwalunkwe data personali fid-dokumenti mitluba ma kinitx tippermetti li jintlaħqu l-għanijiet imfittxija fil-kuntest tat-talbiet għal aċċess u kien jimplika piż amministrattiv eċċessiv.

124    L-argumenti tar-rikorrenti ma jistgħux jaffettwaw il-legalità tad-deċiżjonijiet ikkontestati f’dan ir-rigward.

125    Fil-fatt, u kif jirriżulta mill-eżami tal-motivi tar-rikorsi u tat-talbiet konfermatorji tar-rikorrenti, dawn tal-aħħar jixtiequ jkollhom aċċess għad-dokumenti relatati mal-ispejjeż individwali tal-Membri tal-Parlament imsemmija f’kull waħda minn dawn it-talbiet sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-adegwatezza ta’ tali spejjeż fir-rigward ta’ kull wieħed minnhom.

126    Issa, huwa evidenti li l-iżvelar ta’ verżjoni tad-dokumenti mitluba li minnhom tkun tneħħiet id-data personali kollha, inkluża b’mod partikolari dik relatata mal-isem tal-Membri kkonċernati tal-Parlament, ikun neħħa kull effett utli tal-aċċess għal dawn id-dokumenti fid-dawl ta’ dawn l-għanijiet, peress li tali aċċess ma kienx jippermetti lir-rikorrenti jeżerċitaw monitoraġġ individwali tal-ispejjeż tal-Membri tal-Parlament, fid-dawl tal-impossibbiltà li d-dokumenti mitluba jiġu assoċjati mal-persuni kkonċernati.

127    Fi kwalunkwe każ, ma jistax jiġi serjament ikkontestat li l-ħabi tad-data personali kollha fid-dokumenti mitluba jinvolvi piż amministrattiv eċċessiv fid-dawl tal-volum tad-dokumenti mitluba (ara s-sentenza tat-2 ta’ Ottubru 2014, Strack vs Il‑Kummissjoni, C-127/13 P, EU:C:2014:2250, punti 36 u 37).

128    Għandu jiġi rrilevat li, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, il-Parlament stima li n-numru ta’ dokumenti kontabbli u finanzjarji li jirrigwardaw ir-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-allowances ta’ kuljum tal-Membri tal-Parlament huwa iktar minn 220 000 kull sena, u li dawn id-dokumenti jinżammu mill-Parlament biss għal finijiet amministrattivi u finanzjarji, xi wħud minnhom biss f’format karta, fatt li r-rikorrenti ma kkontestawx fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom.

129    Matul is-seduta, il-Parlament iddikjara, mingħajr ma ġie kkontestat fuq dan il-punt mir-rikorrenti, medja ta’ 5 500 paġna għal kull Membru tal-Parlament matul il-perjodi rilevanti, jiġifieri 33 000 paġna għas-sitt Membri Ċiprijotti, iktar minn 500 000 paġna għas-96 Membru Ġermaniż, u erba’ miljuni għat-talbiet kollha.

130    B’hekk, it-totalità tad-dokumenti mitluba kienet manifestament mill-iktar voluminuża, ħaġa li kienet ukoll tikkostitwixxi ċirkustanza li tiġġustifika r-rifjut ta’ aċċess parzjali għall-imsemmija dokumenti.

131    Konsegwentement, ir-raba’ motiv tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud.

 Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1049/2001

132    Permezz tal-ħames motiv, ir-rikorrenti jinvokaw ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn il-Parlament naqas milli jeżamina l-argumenti kollha tagħhom.

133    F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti jikkontestaw biss lill-Parlament, fil-kuntest tal-ħames motiv tagħhom, li, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, ma weġibx għall-argumenti kollha li huma kienu invokaw fil-kuntest tat-talbiet konfermatorji għal aċċess tagħhom.

134    Issa, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-obbligu ta’ motivazzjoni ma jimplikax għall-istituzzjoni kkonċernata li jkollha twieġeb għal kull wieħed mill-argumenti mressqa matul il-proċedura li tippreċedi l-adozzjoni tad-deċiżjoni finali kkontestata (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-14 ta’ Lulju 1972, Cassella vs Il‑Kummissjoni, 55/69, EU:C:1972:76, punt 22, u tal-24 ta’ Jannar 1992, La Cinq vs Il‑Kummissjoni, T-44/90, EU:T:1992:5, punt 41).

135    Għaldaqstant, l-argumenti tar-rikorrenti ma jistgħux jintlaqgħu.

136    Fi kwalunkwe każ, hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li n-neċessità ta’ motivazzjoni għandha tkun adatta għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, awtriċi tal-att, b’mod li tippermetti lill-persuni kkonċernati jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda u lill-qorti kompetenti teżerċita l-istħarriġ tagħha (sentenzi tat-2 ta’ April 1998, Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France, C-367/95 P, EU:C:1998:154, punt 63, u tal-1 ta’ Frar 2007, Sison vs Il-Kunsill, C-266/05 P, EU:C:2007:75, punt 80).

137    Issa, f’dan il-każ, il-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati ppermettiet lir-rikorrenti jsiru jafu l-ġustifikazzjonijiet tad-deċiżjonijiet ikkontestati u lill-Qorti Ġenerali teżerċita l-istħarriġ tagħha, kif jirriżulta mill-eżami tal-ewwel sar-raba’ motiv.

138    Konsegwentement, il-ħames motiv tar-rikorsi għandu jiġi miċħud u, għaldaqstant, ir-rikorsi fl-intier tagħhom.

 Fuq l-ispejjeż

139    Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.

140    Peress li r-rikorrenti tilfu l-kawża, huma għandhom jiġu kkundannati għall-ispejjeż kif mitlub mill-Parlament.

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla Estiża)

taqta’ u tiddeċiedi:

1)      Il-Kawżi T-639/15 sa T-666/15 u T-94/16 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)      Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)      Maria Psara, Tina Kristan, Tanja Malle, Wojciech Cieśla, Staffan Dahllof, Delphine Reuter, České centrum pro investigativní žurnalistiku o.p.s., Harry Karanikas, Crina Boros, Baltijas pētnieciskās žurnālistikas centrs Re:Baltica, Balazs Toth, Minna Knus-Galán, Atanas Tchobanov, Dirk Liedtke, Nils Mulvad, Hugo van der Parre, Guia Baggi, Marcos García Rey, Mark Lee Hunter, Kristof Clerix, Rui Araujo, Anuška Delić, Jacob Borg, Matilda Bačelić u Gavin Sheridan huma kkundannati jbatu l-ispejjeż.

Gratsias

Labucka

Dittrich

Ulloa Rubio

 

      Xuereb

Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-25 ta’ Settembru 2018.

Firem


*      Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.


i      F’ħafna mill-punti ta’ dan it-test saret modifika ta’ natura lingwistika, wara li kien tqiegħed online għal-ewwel darba.