Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2017 – Alba Aguilera et vs SEAE

(Kawża T-119/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ruben Alba Aguilera (Addis-Abeba, l-Etjopja) u 28 rikorrent ieħor) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tnaqqas, sa mill-1 ta’ Jannar 2016, l-ammont tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja mogħtija lill-persunal assenjat fl-Etjopja, minn 30 % għal 25 %;

tikkundanna lis-SEAE jħallas lir-rikorrenti somma f’daqqa, li l-ammont tagħha għandu jiġi ddeterminat ex aequo et bono mill-Qorti Ġenerali, għad-dannu morali subit;

tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Din it-tilwima tirrigwarda l-legalità tad-deċiżjoni tas-SEAE li tnaqqas l-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja (AKĦ) mogħtija lill-membri tal-persunal tal-Unjoni Ewropea li jkunu f’delegazzjoni fl-Etjopja minn 30 % għal 25 %.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu li jiġu adottati DĠI tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn il-metodu użat mis-SEAE sabiex tistabbilixxi l-ammont tal-AKĦ fil-post ta’ assenjazzjoni jiħu inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ “koerenza reġjonali”.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq id-diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li jivvizzjaw, għaldaqstant, id-deċiżjoni kkontestata b’illegalità.

____________