Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2018 – Alba Aguilera et vs SEAE

(Kawża T-119/17) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Membri tal-persunal temporanju – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Remunerazzjoni – Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz – Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – Evalwazzjoni annwali tal-allowance tal-kundizzjonijiet tal-għajxien – Deċiżjoni li tnaqqas l-allowance tal-kundizzjonijiet tal-għajxien fl-Etjopja minn 30 għal 25 % – Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – Responsabbiltà – Danni morali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ruben Alba Aguilera (Addis Ababa, l-Etjopja) u l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tas-SEAE li isimhom huwa inkluż fl-Anness (rappreżentant: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuti: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentant: S. Marquardt u R. Spac, aġenti, assisti minn M. Troncoso Ferrer, F. M. Hislaire u S. Moya Izquierdo, avukat)

Suġġett

Talba li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tas-SEAE tad-19 ta’ April 2016 li tnaqqas, mill-1 ta’ Jannar 2016, l-allowance tal-kundizzjonijiet tal-għajxien imħallsa lill-persunal tal-Unjoni Ewropea assenjat fl-Etjopja u, min-naħa l-oħra, għar-riżarċiment tad-danni morali allegatament subiti mir-rikorrenti.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tad-19 ta’ April 2016 li tnaqqas, mill-1 ta’ Jannar 2016, l-allowance tal-kundizzjonijiet tal-għajxien imħallsa lill-persunal tal-Unjoni assenjat fl-Etjopja, minn 30 għal 25 %, tal-ammont ta’ riferiment, hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Is-SEAE huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 129, 24.4.2017.