Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 11 ta’ Ottubru 2018 – M&T Emporia Ilektrikon-Ilektronikon Eidon vs EUIPO (fluo.)

(Kawża T-120/17) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea fluo. – Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Rewgolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: M&T Emporia Ilektrikon-Ilektronikon Eidon AE (Thessalonique, il-Greċja) (rappreżentant: A. Spyridonos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.d.M. Baldares u J. Ivanauskas, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 863/2016-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv fluo. bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Il-punt 2 tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 863/2016-2) huwa annullat.

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn M & T Emporia Ilektrikon-Ilektronikon Eidon AE, inkluż l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċediment quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

____________

1     ĠU C 121, 18.4.2017.