Rikors ippreżentat fis-26 ta' Frar 2008 - Bennet et vs L-UASI
(kawża F-19/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Kelly-Marie Bennet (Mutxamel, Spanja) u oħrajn (rappreżentant: G. Vandersanden, avocat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Minn naħa, annullament ta' l-avviżi ta' kompetizzjonijiet ġenerali OHIM/AD/02/07 u OHIM/AST/02/07 safejn dawn l-avviżi jneħħu lir-rikorrenti kull ċans li jidhru fuq il-lista ta' riżerva, filwaqt li huma obbligati jipparteċipaw fihom minħabba l-klawżola ta' terminazzjoni miżjuda illegalment għal dan il-għan fil-kuntratti tagħhom għal żmien indeterminat. Min-naħa l-oħra, kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrenti.
Talbiet tar-rikorrenti
Tordna l-annullament ta' l-avviżi ta' kompetizzjonijiet ġenerali OHIM/AD/02/07 u OHIM/AST/02/07;
tikkundanna lill-konvenut jikkumpensa d-dannu morali subit mir-rikorrenti, evalwat ġustament u salv definizzjoni ulterjuri għal EUR 25 000 għal kull rikorrent;
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.
____________