Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – Infratel Italia et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-636/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Infrastrutture e telecomunicazioni per l’Italia SpA (Infratel Italia SpA) (Ruma, l-Italja), Ericsson telecomunicazioni SpA (Ruma, l-Italja), Italdata SpA (Avellino, l-Italja), Linea Com Srl (Cremona, l-Italja) (rappreżentanti: G. M. Roberti, I. Perego, M. S. Serpone u M. Serpone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kompletament jew parzjalment;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta’ Awwissu 2015 (Ref. Ares [2015]3551496), Termination of grant agreement 621078 project VIRGO.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tal-Artikoli 41 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, il-“Karta”), tal-Artikolu 135 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1) u tal-Artikolu 208 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, p. 1), u fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

Il-Kummissjoni ma semgħetx lir-rikorrenti qabel ma’ adottat id-deċiżjoni li permezz tagħha xoljiet il-grant agreement u ordnat ir-restituzzjoni tal-ammonti rċevuti bħala finanzjament bil-quddiem. Il-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti kif ukoll l-Artikolu 135 tar-Regolament Nru 966/2012 u l-Artikolu 208 tar-Regolament Nru 1268/2012, u l-Artikoli 41 u 48 tal-Karta. Barra minn hekk il-Kummissjoni bbażat id-deċiżjoni tagħha biss fuq evalwazzjonijiet ifformulati minn esperti esterni, fejn għamlet riferiment għal dawn l-evalwazzjonijiet mingħajr ma żiedet motivazzjoni awtonoma fid-deċiżjoni tagħha. Għaldaqstant il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-obbligu ta’ motivazzjoni adegwata.It-tieni motiv ibbażat guq żbalji ta’ evalwazzjoni, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u tal-Artikolu 135 tar-Regolament Nru 966/2012 u l-Artikolu 208 tar-Regolament Nru 1268/2012.L-evalwazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni u mill-esperti esterni tagħha li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni huma frott ta’ evalwazzjonijiet żbaljati ta’ fatt u ta’ liġi u ma humiex issostanzjati b’motivazzjoni koerenti u adegwata. Barra minn hekk il-Kummisjsoni kisret l-Artikolu 135(3) u (4) tar-Regolament Nru 966/2012.It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ta’ amministrazzjoni tajba u tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-Artikolu 135 tar-Regolament Nru 966/2012 u tal-Artikolu 208 tar-Regolament Nru 1268 kif ukoll tal-Guide to Financial Issues relating to ICT PSP Grant Agreement.Il-Kummissjoni ma evalwatx korrettament l-importanza differenti tad-deliverables varji fi

ħdan il-proġett, u b’hekk kisret l-obbligi ta’ amministrazzjoni tajba, kif ukoll tar-regoli f’dan is-sens previsti fil-Guide to Financial Issues relating to ICT PSP Grant Agreement. Il-Kummissjoni lanqas ma pprovdiet mot

ivazzojni speċifika u adegwata f’dan ir-rigward.Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 135 tar-Regolament Nru 966/2012 u tal-Artikolu 208 tar-Regolament Nru 1268/2012 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif ukoll tal-obbligu ta’ motivazzjoni.Il-Kummissjoni imponiet l-ordni ta’ rkupru tal-ammont kollu li kien su

ġġett għal finanzjament bil-quddiem, mingħajr ma ħadet debitament kont tar-rilevanza tal-proġett għall-politika tal-Unjoni u l-użu mill-ġdid tax-xogħol imwettaq mill-konsorzju. B’dan il-mod, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 135 tar-Regolament Nru 966/2012 u l-Artikolu 208 tar-Regolament Nru 1268/2012 u l-prinċipju ta

’ proporzjonalità.

____________