Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2015 – Alcohol Countermeasure Systems (International) v UASI – Lion Laboratories (ALCOLOCK)

(Kawża T-638/15)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alcohol Countermeasure Systems (International) Inc. (Toronto, il-Kanada) (rappreżentanti: E. Baud, P. Marchiset, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lion Laboratories Ltd (Barry, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “ALCOLOCK” – Trade mark Komunitarja Nru 8 443 301

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Awwissu 2015 fil-Każ R 1323/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara l-validità tat-trade mark Komunitarja ta’ Alcohol Countermeasure Systems (International), Inc. u rreġistrata f’isimha;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motivi invokatiKsur tal-Artikoli 8(2); u 15(2) tar-Regolament Nru 207/2009, ksur tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/95 u tal-Artikolu 19(2) tat-TRIPS, nuqqas ta’ motivazzjoni u miżrappreżentazzjoni tal-fatti;Ksur tal-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u motivazzjoni insuffiċjenti;Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-Artikolu 296 TFUE u ksur tad-definizzjoni ta’ użu ġenwin skont ir-Regolament Nru 207/2009.

____________