Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2016 – Tuum vs EUIPO – Thun (TUUM)

(Kawża T-635/15) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TUUM – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti THUN – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tuum Srl (San Giustino, l-Italja) (rappreżentant: B. Saguatti, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Thun SpA (Bolzano, l-Italja) (rappreżentanti: L. Sergi u G. Muscas, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Settembru 2015 (Każ R 2624/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Thun u Tuum.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-3 ta’ Settembru 2015 (Każ R 2624/2014-1) hija annullata.

L-oppożizzjoni hija miċħuda.

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ Tuum Srl, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali u kemm quddiem il-Bord tal-Appell.

Thun SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħhom kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ Tuum, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali u kemm quddiem il-Bord tal-Appell.

____________

1     ĠU C 16, 18.1.2016