Language of document : ECLI:EU:T:2017:229





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Marzu 2017 – Alcohol Countermeasure Systems (International) vs EUIPO – Lion Laboratories (ALCOLOCK)

(Kawża T-638/15)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ALCOLOCK – Trade mark tar-Renju Unit verbali ALCOLOCK – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(a) u (b), u l-Artikolu 53(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE – Formalità sostenzjali

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsilll Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75)

(ara l-punt 13)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Bordijiet tal-Appell – Klassifikazzjoni bħala amministrazzjoni tal-Uffiċċju – Dritt tal-partijiet għal “simgħ” xieraq – Assenza

(Regolament tal-Kunsilll Nru 207/2009, Artikolu 62 sa 64)

(ara l-punt 16)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark

(Regolament tal-Kunsilll Nru 207/2009, it-tieni subparagrafu (a) tal-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 42(2) u (3))

(ara l-punt 22)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Eżami tat-talba – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu minn terz bil-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark – Oneru tal-prova

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15(2))

(ara l-punti 38, 43)


5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Eżami tat-talba – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu minn terz bil-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark – Kunsens espress jew impliċitu

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15(2)

(ara l-punt 40)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Eżami tat-talba – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Interpretazzjoni fid-dawl tar-ratio legis tal-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 57(2) u (3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regoli 22(3) u 40(6))

(ara l-punti 61, 62)

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Eżami tat-talba – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 57(2) u (3))

(ara l-punti 63-68)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 1323/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Lion Laboratories u Alcohol Countermeasure Systems (International).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alcohol Countermeasure Systems (International) Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.