Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-31 ta’ Mejju 2017 – Alma-The Soul of Italian Wine vs EUIPO – Miguel Torres (SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE)

(Kawża T-637/15) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VIÑA SOL – Raġuni relattiva għal rifjut – Ħsara għall-karattru distintiv – Assenza ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alma-The Soul of Italian Wine LLLP (Coral Gables, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Terrano, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedès, Spanja) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Settembru 2015 (Każ R 356/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Torres u Alma-The Soul of Italian Wine.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tat-3 ta’ Settembru 2015 (Każ R 356/20152015-2), hija annullata.

L-EUIPO huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż tal-Alma-The Soul of Italian Wine LLLP.

Miguel Torres, SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 27, 25.1.2016.